Ġwanni Pawlu II f’Corpus Domini

Print Friendly, PDF & Email

SOLENNITÀ TAL-CORPUS DOMINI. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Castelgandolfo, 5 ta’ Ġunju 1980

Ikun imfaħħar Ġesù Kristu! Dejjem ikun imfaħħar”. Għeżież ħuti, konnazzjonali u pellegrini,

Bosta huma l-innijiet Pollakki li fihom naduraw l-Ewkaristija, is-Santissmu Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù. Dawn iż-żewġ idejat huma nkatenati. Fost l-innijiet kollha, b’mod speċjali llum, jidwi għal għonq it-toroq tal-belt tagħna, Krakovja u f’oħrajn, propju dan it-tifħir lil Alla, jagħtih glorja, jiddikjara li dan it-tifħir jimla l-univers kollu. It-tifħir ta’ Alla, “It-tifħir tiegħek, glorja tagħna Mulej etern ma jaqtà qatt għall-eternità. Lilek illum nagħtu adorazzjoni u ngħollu lejk, aħna qaddejja tiegħek, l-innu flimkien mal-ġgajjet ċelesti”. Hekk inkantaw waqt li nimxu bl-ostensorju merfugħ mill-Kardinal, jew mill-Isqof, jew inkella Saċerdot. Nimxu, waqt li niżżu ħajr l-omnipotenza ta’ Alla għad-don “grandjuż” tal-“kobor” tiegħu. Dan huwa innu qadim.

Biżżejjed taqra l-kliem li jikkomponih biex tifhmu. Però, bħall-innijiet Pollakki qodma kollha, huwa mimli kontenut tejoloġiku. U, forsi hija propju l -milja ta’ dak il-kontenut li timla l-festa li llum niċċelebraw: il-festa ta’ “Corpus Domini”.

F’dan il-jum naduraw lil Alla għal dak id-don tiegħu li jimla l-ħolqien kollu. Naduraw lil Alla għaliex ingħata lill-ħolqien kollu, u b’mod speċjali sejjaħ biex jeżisti dak kollu li jeżisti.

Inkomplu niżżu ħajr lil Alla għad-don tal-eżistenza, li hija l-ewwel li tana; niżżuh ħajr għall-misteru tal-ħolqien. Niżżu ħajr lil Alla għad-don tar-redenzjoni minnu mwettqa permezz ta’ Ibnu: niżżuh ħajr b’mod partikolari għaliex ir-redenzjoni tipperpetwa u ġġedded ruħha.

Din hija l-Ewkaristija; dan huwa l-“Corpus Domini”.

Waqt li nkantaw dan l-innu, li fih jiġbor sens hekk eċcellenti tejoloġiku, noħorġu llum minn Wawel, mill-Katidral, għal għonq it-toroq ta’ Krakovja fi proċessjoni li diġa mis-sena li għaddiet toħroġ mill-ġdid fuq Runek u terġà lura lejn il-Katidral. Hekk ukoll isir fil-bliet l-oħra: f’Varsavja, fi Gniezno, f’Poznan, f’Wroclaw u kullimkien. Dan huwa il-“Corpus Domini” Pollakk tagħna.

Il-“Corpus Domini” hija l-festa tal-Knisja universali: hija l-festa tal-Knejjes kollha fil-Knisja universali. Il-“Corpus Domini”, f’pajjiżna l-Polonja, fih għana partikolari. Dak li jkun jgħid il-għana tat-tradizzjoni. Hekk hu. Imma din hija tradizzjoni miktuba bl-għana tal-qlub Pollakki. Hija tibda minn hemm. Il-qlub Pollakki huma rikonoxxenti lejn Alla għal ġenerazzjonijiet għad-doni kollha tiegħu: għad-don tal-ħolqien, tar-redenzjoni, tal-Ewkaristija.

Huma rikonoxxenti lejn Alla għall-Ewkaristija, għall-Ġisem tal-Mulej. F’dan id-don tesprimi ruħha ir-redenzjoni u l-ħolqien. Hija propju din it-tradizzkoni nterna tal-qalb Pollakka. Huwa għalhekk li l-Pollakki huma hekk marbuta mal-festa ta’ “Corpus Domini” ċċelebrata propju fil-jum tal-Ħamis wara t-Trinità Qaddisa, li fiha l-festa kienet imwaqqfa tant sekli ilu mill-Knisja u mbagħad mogħnija fil-ħajja tal-knejjes individwali u fin-nazzjonijiet individwali mit-tradizzjoni tal-qlub.

Nixtieq niżżikom ħajr talli tinsabu hawn f’dan il-jum u għaliex tagħtuni l-possibiltà talinqas parzjalment li ngħix din il-festa Krakovjana tal-“Corpus Domini” Pollakk hawn f’Ruma u saħansitra barra minn Ruma, f’Castel Gandolfo. Jiena kuntent li intom preżenti u li l-preżenza tagħkom tfakkar dik tiegħi fil-Polonja eżatt sena ilu, f’Magila, f’Nowa Huta, Kalwaria Zebrzydowska u wkoll f’postijiet oħra. Din il-laqgħa hija għalija speċi ta’ żjara ġdida, mimlija b’sinifikat profond u personali għaliex waqt li narakom hawn, waqt li niltaqà magħkom, waqt li niċċelebra magħkom dan il-Corpus Domini” meraviljuż f’Castel Gandolfo, imma bil-Pollakk, ħsiebi u qalbi jerġgħu  lura, għas-sena l-oħra, għal tant, tant snin ta’ ħajti, mimlijin bit-tradizzjoni Pollakka tal-“Corpus Domini”, sa mis-snin ta’ żgħożiti, fil-belt ta’ twelidi, f’Wadowice. U nirrejalizza, propju llum, propju grazzi għall-preżenza tagħkom, kif qalbi, l-ewwel ta’ tfajjel, imbagħad ta’ żagħżugħ, imbagħad ta’ saċerdot u mbagħad ta’ Isqof, kienet tieħu sehem f’din it-tradizzjoni meraviljuża tal-“qalb Pollakka”, li għal sekli ilha tħoss li lil Alla tappartieni l-gratitudni għall-Ewkaristija. U waqt li niċċelebraw l-Ewkaristija niżżuuh ħajr għad-don li jinsab fina u għalina. Għal kollox. Għall-ħolqien, għar-redenzjoni, għall-eżistenza tagħna u għas-sehem tagħna fil-misteru tas-salvazzjoni, għal Kristu u għall-Knisja. Hija propju din il-gratitudni tan-nies li jħossuh. Dan irid li fil-korsa tas-sena jkun hemm jum li fih inkantaw gratitudni b’qalb mimlija, billi toħroġ mill-intimu tagħna. Dan huwa jum, wieħed mis-sena, li fih nixtiequ nesternaw din il-gratitudni u nġorruha għal għonq it-toroq ta’ blietna u nagħmlu minn din il-gratitudni kult pubbliku, u lkoll għandna nagħrfu mill-ġdid dan il-kult pubbliku. Dan huwa propju il-“Corpus Domin”; tali huwa s-sinifikat tiegħu għalina; u tali sinifikat kellu, għandu, u għandu jkollu għall-Knisja kollha.

Jiena kuntent li grazzi għall-preżenza tagħkom nista nirrejalizza mill-ġdid dan kollu.

Permezz tal-preżenza tagħkom nistà nerġà nħejji ruħi aħjar għas-servizz tal-“Corpus Domini” f’Ruma, quddiem il-Knisja Rumana, Quddiem il-Knisja kollha.

Alla jkun il-premju tagħkom!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d