Urugan Eta jħalli ħerba warajħ fil-Gwatemala.

Print Friendly, PDF & Email

“Ma għandniex idea ta’ kemm kommunitajiet huma milquta”. Hekk stqarr Dun Vittorio Castagna, missjunarju Salesjan li hu stazzjonat f’ San Pedor Carchá, Alta Verapax, fil-Gwatemala waqt li qed jipprova jirrakkonta x’ħalla warajh l-Urugan Eta li laqat il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali.

Il-missjoni Salesjana taqdi l-missjoni tagħha f’madwar 350 villaġġ, li minnhom huwa stmat li madwar 40 ġew affettwati direttament. Ix-xita, l-irjieħ qawwija u l-valangi għamlu ħsara lid-djar u xi wħud inqerdu kompletament, minħabba li kienu mgħarqa jew mgħottija totalment. “Għal dawn l-aħħar tlett ijiem ma għamlitx xita, ‘mma l-ilma kompla jiżdied, bil-konsegwenza li nies ma tistax toħroġ”, hekk spjega Dun Castagna. “Intilfu ħafna toroq u hemm komunitajiet li ma jistgħux jintlaħqu, d-djar fil-komunitajiet varji huma prekarji ħafna u ħafna tilfu kollox. Ma’ dan naf inżid it-trawma psikoloġika li nies qed jgħaddu minnha”.

In-nies li rnexxilehom jaħarbu mill-irħula, ‘ssa jinsabu f’postijiet apposta għalihom, filwaqt li l-ħelikopters tas-salvataġġ għadhom qed ifittxu modi kif jistgħu jsalvaw lil dawk li huma maqbudin fid-djar tagħhom jew f’postijiet li ma jistgħux jintleħqu. Villaġġi qrib dawk mgħarrqa fetħu l-iskejjel u l-knejjes tagħhom biex jilqgħu lil dawk li spiċċaw bla saqaf fuq rashom.

Don Vittorio stqarr: “Aħna kuntenti li, mingħajr l-ebda ndikazzjoni diretta, n-nies tal-irħula organizzaw ruħhom biex jgħinu lill-komunitajiet milquta tal-madwar. Joffrulhom ikliet u post għall-kenn. Kont ferħan li rajt din l-ispontanjetà tal-Knisja li qed issir oħt u qrib in-nies”.

Is-Salesjani qed jirċievu għajnuna mill-belt tal-Gwatemala u pajjiżi oħra tal-Amerika Ċentrali, u qed iwassluhom f’postijiet siguri, b’diffikultà kbira minħabba li t-telefon huwa nterrott u l-bżonnijiet qed jiġu skoperti hekk kif jaslu fuq il-post. “Nitolbu lillMulej biex jagħtina daqqa t’id biex inkunu nistgħu ngħinu lil ħafna nies li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna” għalaq Dun Vittorio Castagna.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/11/guatemala-uragano-eta-don-castagna-salesiano-chiediamo-al-signore-di-darci-una-mano-non-sappiamo-quante-sono-le-comunita-colpite/

%d