QUDDIESA GĦALL-ORDINAZZJON TA’ SAĊERDOTI ĠODDA. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Il-Ħadd, 15 ta’ Ġunju 1980
Għeżież tiegħii!
1. Huwa meħtieġ li ssibu lilkom infuskom. Huwa meħtieġ li ssibu l-kobor ġust tal-waqt li qegħdin tgħixu, fid-dawl tal-kliem ta’ Kristu, li għadkom kemm smajtu fil-Vanġelu tallum.
Kristu jindirizza t-talba tiegħu lill-Missier. Jitlob b’leħen għoli, quddiem ut-tnax magħżula minnu. Jitlob fiċ-ċenaklu nhar Ħamis ix-Xirka, wara li kien waqqaf is-sagrament tal-patt il-ġdid u etern. Din it-talba tiġi msejħa b’mod komuni it-“talba saċerdotali”. Tgħid hekk: “Għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni fid-dinja. Kienu tiegħek u int tajthomli… Ma nitolbokx biex twarrabhom mid-dinja, imma biex tgħassishom mill-ħażin” (Ġw 17,6.15).
“Ikkonsagrahom fil-verità. Kelmtek hija verità. Bħal ma inti bgħattni fid-dinja, jien ukoll bgħatthom fid-dinja: għalihom jien nikkonsagra lili nnifsi sabiex ikunu wkoll huma ikkonsagrati fil-verità…” (Ġw 17,17-19)., li f’dan
2. Intom dalwaqt għandkom tirċievu l-ordinazzjoni saċerdotali, isimgħu dan il-kliem, għaliex dan jirreferi għalikom, jitkellem dwarkom. Joħroġ b’mod dirett mill-qalb ta’ Kristu, li quddiem id-dixxipli tiegħu irrivela lilu nnifsu bħala saċerdot tal-patt il-ġdid u etern… u jirreferi ruħu għalikom. U jitkellem dwarkom. Dan jgħid min intom – min għandkom issiru – min għandkom tkunu. Isimgħu sewwa dan il-kliem u iktbuh b’mod profond fi qlubkom, għaliex għandu jikkostitwixxi għall-ħajja kollha is-sies tal-identita saċerdotali tagħkom.
3. Mela qabel kollox: intom “magħżula mid-dinja u mogħtija lil Kristu”.
Minn hawn u ftit ieħor, dan jitwettaq b’mod definittiv. Se “tkunu magħżula minn fost il-bnedmin” – kif tgħid l-ittra lil-Lhud (Lh 5,1) -, “meħudin mid-dinja” u “mogħtija lil Kristu”. Min min? Mill-Missier! Mhux mill-bnedmin. Ukoll jekk “fost il-bnedmin” u bla dubju wkoll bl-opra ta’ diversi bnedmin, il-ġenituri tagħkom, dawk tamparkom, l-edukaturi tagħkom… partikularment forsi bl-opra ta’ saċerdoti oħra: ħafna jew xi ħadd bisss: permezz ta’ min kienet rivelata lilkom ir-rieda divina…
Imma fl-aħħar minn l-aħħar, dejjem u b’mod esklussiv: mill-Missier. Il-Missier illum jirregalalkom lil Kristu l-istess kif irregalah lil dawk l-ewwel tnax, li kienu flimkien miegħu fis-siegħa tal-aħħar ċena. Hekk ukoll intom: “Jagħżilkom mid-dinja u jagħtikom lil Kristu”. Dan għandu jitwettaq minn hawn u ftit ieħor fil-qalb stess tal-Knisja, permezz tas-servizz sagramentali tiegħi.
4. Fil-liturġija tal-kelma nqratilkom id-deskrizzjoni tal-vokazzjoni ta’ profeta, is-sejħa ta’ Ġeremija – sabiex għal darb’oħra tkunu tistgħu tiftakru kif żvolġiet ruħha s-sejħa tagħkom, b’liema mod lil kull wieħed minnkom Alla rrivela ruħu bil-grazzja tiegħu, kif sejjaħ lil kull wieħed minnkom…
Il-profeta kien iddifenda ruħu, kien skuża lilu nnifsu, kien beżà. Forsi l-istess ġralhom ħafna minnkom. Fil-vokazzjoni presbiterjali dejjem hemm misteru li quddiemu ssib ruħha l-qalb umana – misteru li jiġbdek u fl-istess ħin mhux faċli: “fascinosum et tremendum”. Il-bniedem għandu jħoss il-biżà, sabiex wara juri lilu nnifsu ferm iktar il-qawwa tas-sejħa, u ferm iktar ċar jesponi l-fatt li huwa l-Mulej li jsejjaħ, u li l-imsejjaħ se jopera mhux għar-rieda tiegħu, linqas bis-saħħa tiegħu, imma biss għar-rieda u għas-saħħa ta’ Alla nnifsu. “Ħadd, infatti, ma jistà jattribwixxi lilu nnifsu dan l-unur, jekk mhux dak li hu msejjaħ minn Alla”, bħal ma tiddikjara l-ittra lil-Lhud (Lh 5,4) fit-test tagħha klassiku dwar is-saċerdozju.
5. Hekk, mela, hemm bżonn li nikkonservaw f’dan il-waqt u tul ħajjitna kollha, sens profond tal-propoprzjponijiet ġusti. Hemm bżonn nikkunservaw l-umiltà: “Aħna għandna dan it-teżor fil-ġarar tal-fuħħar, sabiex jidher li l-qawwa straordinarja tiġi minn Alla u mhux minna” (2Kor 4,7). Iva! Hemm bżonn nikkonservaw l-umiltà. Hija wkoll hija s-sors ta’ żelu awtentiku. Iż-żelu, infatti, mhu xejn iktar jekk mhux il-gratitudni profonda għad-don li jesprimi ruħu fil-ħajja kollha u fl-imġieba propja. Kunu mela żelanti! La tieqfu qatt fiż-żelu! Il-verità nterna tas-saċerdozju ministerjali tagħkom jillumina lill-oħrajn, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, hekk li huma wkoll isegwu l-passi tagħkom. Il-Knisja, permezz ta’ dawk li hi tordna saċerdoti, issejjaħ b’mod kostanti kandidati ġodda fit-triq tal-ministeru saċerdotali. L-ordinazzjoni tagħkom hija akkumpanjata mit-talb tiegħi u, flimkien ma dak tal-Knisja kollha għall-vokazzjonijiet saċerdotali.
6. “Ma nitlobx li jitwarrbu mid-dinja, imma li int tgħassishom mill-ħażin… Ikkonsagrahom fil-verità” Ġw 17,15.17). Iva! Intom “magħżulin fost il-bnedmin”, “mogħtija lil Kristu” mill-Missier, biex tkunu fid-dinja, fil-qalba tal-mergħat, Intom “stabbiliti għall-ġid tal-bnedmin” (Lh 5,1). Is-saċerdozju huwa s-sagrament li fih il-Knisja tesprimi ruħha bħala s-soċjetà tal-Poplu ta’ Alla, huwa s-sagrament “soċjali”. Is-saċerdoti għandhom “ilaqqgħu” il-komunitajiet singuli tasl-Poplu ta’ Alla madwaru imma mhux għalih! Għal Kristu!
“Infatti aħna ma nippridkawx aħna stess, imma Kristu Ġesù Mulej; inkwantu għalina aħna l-qaddejja tagħkom għall-imħabba ta’ Ġesù” (2Kor 4,5).
Għalhekk għandkom tkunu fidili. Għandu jiddi fikom is-saċerdozju ta’ Kristu, ir-ragħaj it-tajjeb. Għandu jitkellem, permezz tagħkom, ir-rieda tiegħu u tiegħu biss.
Dan hu li jgħid mill-ġdid l-Appostlu: Imma nwarrbu kull ħabi u għajb, linqas ngħawġu l-kelma ta’ Alla, iżdas nuru l-verità kollha u nħallu l-kuxjenza ta’ kull bniedem tiġġudikana hi quddiem Alla (2Cor 4,2). Iva! Kull bniedem ikollu d-dritt li jiġġudikakhom mill-verità ta’ kliemkom u mill-opri tagħkom, f’isem dak is-“sens tal-fidi”, li ngħata lill-Poplu kollu ta’ Alla bħala frott tas-sehem fil-missjoni profetika ta’ Ġesù Kristu.
7. Għalhekk għal darb’oħra nerġà ndur għal dak il-kliem splendidu ta’ Pawlu tat-tieni qari tallum – u għalhekk l-awguri l-iktar mill-qalb li nagħtikom illum, u li tagħtikom il-Knisja kollha flimkien miegħi, l-Isqof tagħkom, huma dawn: Alla li ordna li mid-dlamijiet jiddi d-dawl, jiddi fi qlubkom, biex jagħmel jiddi b’qawwa l-għarfien tal-glorja divina li tiddi fuq il-wiċċ ta’ Kristu (cf. 2Kor 4,6).
Dan huwa l-ewwel awgurju.
U t-tieni huwa li intom, investiti b’dan il-ministeru għall-ħniena li kienet użatha lilkom, ma titilfu qatt il-kuraġġ (cf. 2Kor 4,1).
Kristu huwa magħkom. Ommu hija ommkom. Il-qaddisin, li llum insejħu għall-interċessjoni, huma magħkom. Il-Knisja hija magħkom. Jekk f’xi waqt tħossukom m’intomx sodi, ftakru li fil-ġisem ta’ Kristu hemm il-qawwiet potenti tal-Ispirtu, kapaċi li jerfà lil kull bniedem u li jsostnih fit-triq tal-vokazzjoni. Fit-triq li fiha sejjaħlu Alla stess.
8. Huma dawn il-ħsibijiet mwielda mill-meditazzjoni dwar il-kelma ta’ Alla, li l-Knisja toffrilna f’dan il-waqt sollenni. U issa idħlu! Jitwettqu f’kull wieħed minnkom il-kliem tat-talba saċerdotali ta’ Kristu: il-klierm li huwa ppronunzja fiċ-ċenaklu, fuq l-għatba tal-misteru paskwali tiegħu. Jitwettaq dan il-kliem: Missier, “kif int bgħattni fid-dinja, jien ukoll nibgħathom fid-dinja; għalihom jiena nikkonsasgra lili nnifsi, sabiex huma wkoll ikunu kkonsagrati fil-verità” (Ġw 17,18-19). Amen.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb