Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf


It-Tlieta, 17 ta’ Novembru 2020: Quddiesa mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna b’suffraġju għall-isqfijiet u saċerdoti u reliġjużi. Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm huma kliem ta’ faraġ il-kliem li għadna kemm smajna mill-Evanġelju skont San Luqa: “Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf” (Lq 19:10).

Illum qed niftakru f’dawk li ħallewna, uħud minnhom midfunin hawnhekk u oħrajn midfunin postijiet oħra bħall-predeċessuri tiegħi, fosthom il-mibki Isqof Mauro Caruana, li hu midfun fil-knisja ta’ San Girgor, Tas-Sliema. Niftakru wkoll fis-saċerdoti, reliġjużi u djoċesani.

Ejjew infakkru lilna nfusna b’din il-kelma għażiża ta’ Ġesù: “Bin il-Bniedem ġie jfittex” bħalma hu fittex ukoll il-ħarsa ta’ Żakkew. Żakkew kien bniedem għani, kien pubblikan, kellu l-poter imma kien qsajjar, kellu l-limiti tiegħu imma ried jara ’l Ġesu; tela’ fuq siġra tat-tin selvaġġ ifittex jara ’l Ġesù. U Ġesu wkoll jieqaf taħt din is-siġra tat-tin selvaġġ u jħares ’il fuq, il-ħarsa tiegħu tfittex li tiltaqa’ mal-ħarsa ta’ Żakkew. Żewġt iqlub jfittxu ’l xulxin. Bin il-Bniedem ġie jfittex.

Aħna wkoll minkejja d-dgħufija u d-dnubiet tagħna nfittxu li niltaqgħu ma’ wiċċ il-Mulej, għaliex nixxenqu kontinwament għall-hena. Il-kliem ta’ faraġ li nixtiequ li nisimgħu lkoll kemm aħna meta naslu biex nagħmlu l-vjaġġ li għamlu dawk ta’ qabilna, hija l-kelma sabiħa li smajna propju minn fomm ir-re fil-parabbola ta’ San Mattew li xxandret il-Ħadd li għadda: “Idħol fil-hena ta’ Sidek” (Mt 25:21).

Din hi t-talba għal dawn l-aħwa li ħallewna għaliex il-Mulej ġie jfittixhom, ġie biex ifittex u jsalva, ikun għalihom dak li sabhom u salvahom. Imma ħafna drabi aħna nitterqu, u forsi ma nimxux dritt fit-triq li twassalna għand il-Mulej. Imma t-talba tagħna hija li meta nidhru quddiemu nkunu jista’ jgħidilna: ‘sibtek, u nsalvak’.

Agħtihom, o Mulej, id-dawl ta’ dejjem, jistrieħu fis-sliem.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Apok 3, 1-6.14-22
Salm: 14 (15), 2-3ab.3ċd-4ab.5
Evanġelju: Lq 19, 1-10

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.