L-Ekonomija ta’ Francesco

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif ekonomisti u intraprendituri żgħażagħ qed iħejju ruħhom għal “l-Ekonomija ta’ Francesco” li ser issir aktar tard din il-ġimgħa, Anna Maria Geogy, għalliema fl-Indja, tgħid li l-avveniment jittama li jagħti ruħ lill-ekonomija globali billi jispira ġenerazzjonijiet iżgħar biex ipoġġu d-dinjità umana fl-ewwel post.

L-Ekonomija ta’ Franġisku: ‘Sistema globali aħjar tibda minn kull wieħed minna’.

L-Ekonomija ta’ Francesco tibda nhar il-Ħamis, 19 ta’ Novembru, u tibqa’ għaddejja għal tlett ijiem online bil-qalba tal-avveniment iseħħ fil-belt Taljana ta’ Assisi. Msejħa mill-Papa Franġisku, l-avveniment jittama li jispira liż-żgħażagħ biex jibdew proċess ta’ bidla globali fuq il-passi ta’ San Franġisk ta’ Assisi u fuq l-enċiklika Laudato Si.

Mira oħra hija li tippromwovi ekonomisti u ntraprendituri żgħażagħ biex jagħmlu l-parti tagħhom biex ikabbru s-sistema ekonomika bil-ġustizzja, l-inklussività u s-sostenibbiltà, fuq il-linji stabbiliti fl-enċiklika riċenti tal-Papa Franġsiku Fratelli tutti. L-Ekonomija ta’ Francesco ser tiffokka fuq it-temi bħax-xogħol, finanzi, edukazzjoni, w intelliġenza artifiċjali.

Skond Anna Maria Geogy, L-Ekonomija ta’ Francesco hija “komunità ta’ nies li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, mma li jemmnu li nistgħu nagħmlu mod aħjar minn dak li hi l-ekonomija tagħna bħalissa”. Ms Geogy tieħu l-ispirazzjoni minn Mahatma Gandhi u l-inkoraġġiment tiegħu biex “tkun il-bidla li trid tara”. “L-ekonomija dinjija, għalkemm hi waħda kbira, ‘mma tista’ tibda wkoll minn kull wieħed u waħda minna. Dan ifisser li għandu jibda minn żgħażagħ bħali, fid-dar tiegħi, fil-post tax-xogħol, u fl-għażliet li jien nagħmel”.

Ms Geogy tħarrġet u ħadmet għal żmien bħala perit. Iżda ma damitx ma nvolviet ruħha mal-Teach of India Fellowship, li wasslitha biex tgħallem għad ta’ suġġetti lit-tfal li ġejjin minn familji bi dħul baxx fi kwartieri fqar urbani. Issa taħseb li l-aħjar post biex issir il-bidla hi, li tibda mit-tfal.

Għalkemm l-ekonomija globali tista’ tidher bħala entità bla ruħ, impersonali, l-parteċipanti żgħażagħ fl-avveniment ta’ Assisi ma jaħsbux li għandu jkun hekk. “l-Ekonomija ta’ Francesco qed tipprova tagħti lill-ekonomija globali ruħ u personalità”, tgħid Ms Geogy. “Mhix xi ħaġa li hija uniformi, iżda li ġejja mid-diversità tan-nies kollha, billi tpoġġi l-partijiet żgħar tagħhom flimkien: Ħolqien ta’ ruħ għall-ekonomija globali”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-11/economy-francesco-interview-india-anna-maria-geogy.html

%d bloggers like this: