Żbilanċi tal-poter’ għandhom jiġu ttrattati biex jingħeleb il-faqar fin-Niġerja.


Biex jindirizza l-faqar fin-Niġerja, l-pajjiż irid jegħleb istituzzjonijiet li huma “dgħajfa, li ma jiffunzjonawx u li jxaqilbu favur l-għonja għad-detriment tal-foqra”. Christian Aid, organizzazzjoni ta’ karità ewlenija għall-iżvilupp, wiegħed li “jindirizza l-iżbilanċ tal-poter li jipperpetwa l-faqar fin-Niġerja” f’programm ta’ strateġija 2019-2026.

“In-nies huma ntegrati b’mod inkonxju fir-relazzjonijiet soċjali tal-produzzjoni w s-sistemi li jaggravaw l-iżbilanċi tal-poter u l-inugwaljanza”, qal Charles Usie, d-direttur tal-pajjiż għal Christian Aid Niġerja. “Il-foqra mhumiex foqra b’kumbinazjoni, anzi l-abbiltà tagħhom li jistinkaw għal ħajja aħjar hija ristretta mill-iżbilanċi tal-poter fir-relazzjonijiet soċjali eżistenti tal-produzzjoni. U l-istrutturi li jipperpetwaw l-inugwaljanza”, qal lil Crux.

L-approċċ li Christian Aid ser jieħdu ser ikun kemm għal żmien qasir, kif ukoll għal tul ta’ żmien (long-term). Fi żmien qasir, ser jaħdmu ħafna biex jipprovdu għajnuna u jissodisfaw il-bżonnijiet tan-nies l-iktar dawk f’riskju. Dan ser iseħħ permezz ta’ programmi tagħhom. Usie qal, “l-approċċ tagħna fit-tul huwa ffukat fuq it-tibdil tal-istituzzjonijiet, it-tfassil tal-politiki, l-bini ta’ movimenti, u l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-iżbilanċ tal-poter u l-inugwaljanza li jipperpetwaw il-faqar”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/interviews/2020/12/power-imbalances-must-be-tackled-to-defeat-poverty-in-nigeria-christian-aid-says/

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.