L-ebda pandemija ma tista’ titfi d-dawl tal-Milied”

M’hemm l-ebda pandemija jew kriżi li tista’ titfi d-dawl tal-Milied, stqarr il-Papa Franġisku, waqt li sellem lill-fidili preżenti fi Pjazza San Pietru u lil dawk li kienu qed isegwu permezz tal-midja l-Anġelus tal-Ħadd.

Waqt li nnota li s-siġra tal-Milied tal-Vatikan twaqqfet fil-pjazza u li x-Xena tan-Natività dalwaqt tiġi żvelata, l-Papa qal li f’ħafna djar “dawn is-simboli tal-Milied jintramaw biex iferħu lit-tfal, u anke lil dawk li m’għadhomx iktar tfal”.

“Huma simboli, jew sinjali ta’ tama, speċjalment matul dan iż-żmien diffiċli”, qal il-Papa, u stieden lill-Insara biex ma jieqfux fuq is-simboli, imma biex imorru lil hinn u jifhmu t-tifsira tagħhom: “Ġesù, l-Imħabba ta’ Alla, li kien żvelat lilna biex nilħqu dik it-tjubija li ġiet imxerrda fuq id-dinja.” Ġesù jassigurana lkoll li l-ebda pandemija jew kriżi ma tista’ “titfi dak id-dawl”, sostna l-Papa Franġisku. “Ejjew inħalluha tidħol f’qalbna u tilħaq dawk li huma l-aktar fil-bżonn”. Għalhekk, huwa kkonkluda: “Alla jerġa’ jitwieled fina u f’nofsna.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-angelus-light-of-christmas-pandemic-advent.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.