Il-Vatikan dwar il-moralità tal-użu tal-vaċċini kontra l-covid-19

Print Friendly, PDF & Email

Dokument tal-Vatikan dwar il-moralità tal-vaċċini kontra l-covid-19

Il-kwistjoni tal-użu tal-vaċċini in ġenerali hija sikwit fil-qalba ta’ kontroversji fil-forum tal-opinjoni pubblika.  Fix-xhur riċenti, il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi rċeviet diversi talbiet għal linji-gwida rigward il-vaċini kontra l-virus bl-isem SARS-CoV-2 li kkawża l-Covid-19 u li fil-kors tar-riċerka u l-produzzjoni, għamel użu minn ċelloli meħuda minn tissue miksub minn żewġ aborti li seħħew fis-seklu l-ieħor. 

Fl-istess waqt, pronunzjamenti diversi u kultant kunflinġenti fil-mass midja minn isqfijiet, assoċjazzjonijiet Kattoliċi u esperti oħra qajmu kwistjonijiet u mistoqsijiet dwar il-moralita’ tal-użu ta’ dawn il-vaċċini. Diġa jeżisti pronunzjament importanti mill-Akkademja Pontifiċja tal-Ħajja dwar din it-tema bl-isem ‘Riflessjonijiet morali dwar vaċċini preparati minn ċelloli misluta minn feti umani abortiti’ (5 ta’ Ġunju 2005).  Il-Kongregazzjoni kompliet titkellem dwar din it-tema bl-Istruzzjoni  Dignitas Personae (Settembru 8, 2008, cf. nn. 34 u 35). Fl-2017, l-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja reġgħet lura għal din it-tema permezz ta’ nota.  Dawn id-dokumenti diġa joffru xi kriterji ġenerali.

Il-vaċċin jinsab lest għad-distribuzzjoni u l-amministrazzjoni f’diversi pajjiżi u din il-Kongregazzjoni tal-Fidi tixtieq toffri xi indikazzjonijiet għal kjarifika.  Mhux l-għan tagħna li niġġudukaw l-effikaċja ta’ dawn il-vaċċini li huma etikament relevanti u neċessarji għax din l-evalwazzjoni hija responsabilta’ tar-riċerkaturi bijomediċi u l-aġenziji tal-mediċini.  L-għan tagħna huwa biss li nikkunsidraw l-aspetti morali tal-użu tal-vaċċini kontra l-covid-19 li żviluppaw minn cell lines meħuda minn tissues miksuba minn żewġ feti li ma ġewx abortiti spontanjament.

Bħalma tistqarr l-Istruzzjoni Dignitas Personae, f’każi fejn ċelloli minn feti abortiti huma meħuda sabiex joħolqu cell lines għall-użu fir-riċerka xjentifika, ‘jeżistu gradi differenti ta’ responsabilta’ ta’ koperazzjoni mal-ħażin.  Per eżempju, ‘f’organizzazzjonijiet fejn cell lines ta’ oriġini illeċita qed jintużaw, ir-responsabilta’ ta’ dawk li jagħmlu d-deċiżjoni sabiex jużawhom mhijiex l-istess bħal ta’ dawk li ma għandhom ebda vuċi f’din id-deċiżjoni’.

1.         F’dan is-sens, meta vaċċini raġjonevoli tal-Covid-19 mhumiex in vista, huwa moralment aċċettabli li wieħed jirċievi vaċċini tal-Covid-19 li użaw cell lines minn feti abortiti fir-riċerka u l-proċess tal-produzzjoni (dan japplika f’pajjiżi fejn vaċċinin mingħajr problemi etiċi mhumiex disponibbli għat-tobba u l-pazjenti jew fejn id-distribuzzjoni ta’ dawn hija aktar diffiċli minħabba storage speċjali jew kundizzjonijiet ta’ trasport, jew fejn tipi differenti ta’ vaċċini huma distribwiti fl-istess pajjiż imma l-awtoritajiet tas-saħħa ma jippermettux liċ-ċittadini li jagħżu l-vaċċin li jridu huma).

2.         Ir-raġuni fundamentali għall-kunsiderazzjoni tal-użu ta’ vaċċini moralment leċiti tiġi mit-tip ta’ koperazzjoni mal-ħażen (koperazzjoni materjali passiva) fl-abort prokurat li minnu s-cell lines joriġinaw min-naħa ta’ dawk li qed jagħmlu użu mill-vaċċini. Meta dan ikun remot, allura huma aċċettabbli. Id-dmir morali li wieħed jevita koperazzjoni materjali passiva mhijiex obligatorja f’dawk il-każi fejn hemm periklu gravi, bħalma ngħidu aħna l-firxa inkontrollabbli ta’ aġent patoloġiku serju. Irid mela jkun ikkunsidrat li l-vaċċini rikonoxxuti bħala klinikament bla periklu u effettivi jistgħu jintużaw skont kuxjenza tajba u bl-għarfien li l-użu ta’ dawn il-vaċċini ma jikkostitwux koperazzjoni formali mal-abort li minnu ntużaw iċ-ċelloli użati għall-produzzjoni tal-vaċċin.

3.         Importanti li jingħad li l-użu leċitu morali ta’ dawn it-tip ta’ vaċċini, f’kundizzjonijiet partikulari lijagħmluha hekk, ma jikkostitwix minnu nnifsu leġitimazzjoni, lanqas indiretta, tal-prattika tal-abort u neċessarjament jassumi l-oppożizzjoni għal din il-prattika minn dawk li jagħmlu użu mill-vaċċin.

4.         Fil-fatt, l-użu leċitu ta’ dawn il-vaċċini ma għandux b’xi mod jimplika li hemm tħaddin morali tal-użu taċ-ċelloli msemmija li jipproċedu minn feti abortiti.  Kemm il-kumpaniji farmaċewtiċi kif ukoll l-aġenziji tas-saħħa tal-gvern huma għalhekk inkuraġġuti sabiex jipproduċu, japprovaw, jiddistribwixxu u joffru vaċċini etikament aċċettabli li ma joħolqux problemi ta’ kuxjenza għall-provvedituri tas-saħħa jew għall-persuni vaċċinati.

5.         Fl-istess waqt, ir-raġuni prattika tagħmel evidenti li l-vaċċin bħala regola, bħala obbligu morali, trid tkun volontarja. Il-vaċċin irid ikollu l-għan tal-ġid personali u anke l-ġid komuni.  Dan isir biex ikunu mħarsa dawk l-aktar dgħajfa u esposti.  Dawk l-oħrajn li għal raġuni ta kuxjenza, jirrifjutaw il-vaċċin li jsir minn fdalijiet ta’ feti, xorta għandhom jagħmlu l-almu tagħhom li jevitaw li jsiru mezz ta’ trasmissjoni tal-mard.  Iridu jħarsu lil dawk l-aktar vulnerabbli.

6.         Finalment, hemm l-imperattiv morali tal-industrija farmaċewtika, il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jassiguraw li l-vaċċini li jkunu effettivi u bla periklu minn punto di vista mediku u etikament aċċettabbli li jaraw li dawn ikunu aċċessibli għall-ifqar pajjiżi.  Inkella l-użu tal-vaċċin isir mezz ta’ diskriminazzjoni u inġustizzja.

Il-Papa Franġisku, f’Udjenza mogħtija lill-Prefett hawn taħt iffirmat tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi nhar is-17 ta’ Diċembru, eżamina din in-Nota u ordna l-pubblikazzjoni tagħha.

Ruma, mill-Uffiċini tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, nhar il-21 ta’ Diċembru 2020, Tifkira Liturġika ta’ San Pietru Kanisju.

Luis F. Kard. Ladaria, S.I.

Prefett

+ S.E. Mons. Giacomo Morandi

Arċisqof Titulari ta’  Cerveteri

Segretarju

https://www.romereports.com/en/2020/12/21/vatican/

Rapport għal-Laikos minn Dun Geoffrey George Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d