Il-Papa jħeġġeġ lill-mexxejja tas-Sudan t’isfel biex iġeddu l-proċess ta’ paċi

Bħal sena ilu, l-Papa Franġisku ngħaqqad mal-Arċisqof Anglikan Justin Welby u l-Moderatur tal-Assemblea Ġenerali tal-Knisja Presbiterjana tal-Iskozja, r-Reverend Martin Fair, fl-iffirmar tal-messaġġ tal-Milied lill-mexxejja politiċi tas-Sudan t’isfel u ħeġġewhom biex jagħmlu pass akbar fit-triq tal-paċi u tas-servizz lin-nazzjon.

B’referenza għall-laqgħa li saret fil-Vatikan f’April 2019, il-Papa flimkien mal-mexxejja Nsara l-oħra ħeġġeġ lill-politiċi tan-nazzjon Afrikan biex jiftakru fl-impenji tagħhom biex jaħdmu bla xkiel ħalli jimplimentaw il-ftehim ta’ Paċi. Huma fakkru wkoll fil-wegħda tagħhom li “jżuru s-Sudan t’isfel fi żmien opportun, hekk kif l-affarijiet jerġgħu lura għan-normalità”. “Qed nieħdu pjaċir naraw il-progress żgħir li għamiltu, imma nafu li dan mhux biżżejjed biex in-nies tagħkom iħossu l-effett sħiħ tal-paċi”, huma wissew.

Ikkonkludew l-awguri tal-Milied tagħhom billi talbu lill-mexxejja politiċi tas-Sudan t’Isfel biex ikabbru l-fiduċja u l-ġenerożità ta’ bejniethom għas-servizz tal-poplu tagħhom. “Nitolbu li tkunu tafu li l-paċi tissupera l-fehmiet ta qalbkom u fil-qalb tal-ġens il-kbir tagħkom.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-welby-fair-christmas-message-south-sudan-leaders.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.