L-Aqwa Ħabib

Print Friendly, PDF & Email

MILL-ARKIVJI TAL-KATEKISTI

Dawk li ilhom midħla tal-kateketika jista’ jkun li kienu jużaw l-awdjoviżivi tal-Elle di Ci, li hi dar ta’ għajnuniet għall-katekiżmu, b’Turin bħala sede. Forsi l-filmini fuq diversi suġġetti kienu għodda utli f’idejn il-katekisti u għadhom jissemmew minn persuni ta’ dik il-ġenerazzjoni.

Waħda mis-serje ta’ 8 filmini kienet tissejjaħ ‘Katekeżi Antropoloġika’. Kienu mingħajr kummentarju, akkumpanjati minn ‘cassette tape’ b’mużika sinkronizzata mas-slides. Għażilt filmin minnhom, ‘IL MIGLIOR AMICO’ (L-Aqwa Ħabib) u addattajtu f’powerpoint u f’filmat biex ikun jista’ jintuża. Wieħed jifhem li minħabba li l-filmin għadda żmien mhux ħażin minn fuqu, mhuwiex ta’ xi kwalità.

L-‘Aqwa Ħabib’ jista’ jidher ħrafa għat-tfal. Jista’ jkun hekk ukoll. Imma bħal kull verità sempliċi jista’ jkun ukoll profond. Xi parabboli tal-Vanġelu u xi ħrejjef ta’ Esopo juru dan għax iwasslu għal tagħlim ta’ ġid. Hekk din il-parabbola żgħira tal-‘Aqwa Ħabib’.

It-tfal isegwu l-istampi u jisimgħu ir-rakkont mużikali fis-skiet. Il-mużika hija effettiva, anke kif tiskot meta jkun miet il-personaġġ li hu l-‘Ħabib’. It-tfal ikunu mistiedna jirriflettu dwar min hu dan il-’Ħabib’, jitgħallmu li tħobb ifisser li titlef mill-ħin tiegħek, li tħobb mingħajr ma tistenna l-grazzi, li tħobb sas-sagrifiċċju. Jaħsbu wkoll dwar dak li rċieva mħabba mill-‘Ħabib’ u kif issa se jgħaddi din l-imħabba lill-oħrajn. Dan jista’ jkun int u jien!

Hawn ftit għajnuna dwar l-istampi.

IL-MIGLIOR AMICO, L-AQWA ĦABIB

  1. Il-’ħabib’ – titlu
  2. Il-‘ħabib’ – tibda l-mużika
  3. Il-’ħabib’ iħares
  4. Tifel iġorr xkora
  5. Tifel iġorr xkora
  6. Il-’ħabib’ jgħinu
  7. Il-’ħabib’ iġorr l-ixkora
  8. Il-‘ħabib’ u t-tifel isellmu lil xulxin
  9. Mara ġġorr żewġ bramel
  10. Żewġ bramel
  11. Il-’ħabib’ jgħinha
  12. Jerfagħlha
  13. Il-mara ssellimlu
  14. Tislima barra d-dar
  15. Tfal jiġru
  16. Tfal wara kelb
  17. Il-kelb
  18. Jorbtulu bott
  19. Jidħku bil-kelb
  20. Tfal u l-kelb
  21. Il-qalziet tat-tifel
  22. It-tfal jidħku
  23. It-tifel imdejjaq
  24. Jibki
  25. Il-’ħabib’ jikkunslah
  26. Jagħtih il-libsa tiegħu
  27. Ibiddlu l-libsa
  28. It-tfal mistagħġbin
  29. Il-ħbieb jilbsu
  30. Il-ġebel lill-’ħabib’
  31. Tifel b’ġebla
  32. Ġebla tolqot lill-ħabib.
  33. Il-ħabib fl-art
  34. Il-ħabib mejjet
  35. “X’għamilna!”
  36. Jiddispjaċihom
  37. Jindmu
  • Il-’ħabib’ f’għalqa bil-fjuri
  • Il-’ħabib’ bilqiegħda
  • Il-’ħabib’ iħares
  • Il-‘ħabib’jgħin lil wieħed iġorr xkora
  • Il-‘ħabib’ bl-ixkora
  • Il-‘ħabib’ bl-ixkora (dettall)
  • Il-‘ħbie mill-bogħod

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: