Għalkemm il-gvern tan-Niger ma kienx disponibbli biex jikkummenta mill-ewwel dwar l-atroċità li seħħet, sorsi mill-puluzija qalu li madwar 49 raħħala inqatlu u bosta oħrajn midruba fir-raħal ta’ Tchombangou. Kif ukoll madwar 30 persuna oħra nqatlu f’Zaroumdareye, raħal fil-qrib. Ir-reġjun jinsab fil-fruntieri tan-Niger, il-Mali u l-Burkina Faso, fejn aktar minn 4,000 persuna mietu minn vjolenza terroristika matul l-aħħar sena.
Il-qtil seħħ hekk kif uffiċjali elettorali ħabbru r-riżultati tal-ewwel rawnd tal-vot presidenzjali tal-pajjiż. Dawn huma l-aħħar attakki li hezzu lir-reġjun tal-Punent ta’ Tillaberi, li ra seba’ suldati Niġerjani maqtula f’imbuskata, eżatt qabel il-Milied. Il-ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti talab lill-forzi tas-sigurtà fin-Niger biex jagħmlu kull sforz biex jipprotegu n-nies ċivili hekk kif ħadu sehem fl-elezzjonijiet.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2021-01/niger-jihadist-militants-attacks-civilians-killed.html