Kardinal iħeġġeġ lill-politiċi għall-kunsens.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal iħeġġeġ lill-politiċi biex isibu kunsens u jevitaw il-kollass tal-Libanu.

Il-Kardinal Patrijarka Maronita tal-Libanu, Bechara Rai, għamel appell kontra l-imblokk politiku li qed jipprevjeni l-formazzjoni ta’ gvern ġdid. “Li tevita r-responsabbiltà li jwassal għall-falliment tal-gvern ma jgħinx. Is-soluzzjoni mhix mingħajr riskji, u dawn ir-riskji kollha ma huma xejn quddiem l-ipoteżi ta’ kollass totali, li qed jiffaċċja n-nazzjon,” hekk qal f’Quddiesa ta’ nhar il-Ħadd li kienet qed issir fil-kwartieri ġenerali tal-Knisja Maronita f’Berke, xi 22km fil-grigal tal-kapitali, Beirut.

Skond il-kap tal-Knisja Maronita, ftehim hu possibbli bejn il-President Michel Aoun u l-Prim Ministru Rafic Hariri, jekk it-tnejn jkunu kapaċi jinjoraw ‘il-pressjoni’, u jmorru lil hinn “mil-loġika tad-diviżjoni ta’ kwoti u portafolli”, u li jaġixxu fl-interess tal-pajjiż. Huwa ddispjeċut li “l-ottimiżmu kawtiel” tal-possibbiltà li jiġi ffurmat gvern qabel il-Milied jidher li sfuma u l-pajjiż illum reġa’ qiegħed “fil-punt tat-tluq”. Il-Libanu ilu mingħajr gvern li jiffunzjoni kompletament mir-riżenja tal-kabinett wara l-isplużjoni devastanti tal-port ta’ Bejrut, li seħħet fl-4 ta’ Awwissu, fejn qatlet kważi 200 ruħ u darbet madwar 5000 persuna, u li qerdet partijiet kbar tal-kapital.

Anki qabel il-pandemija, l-Libanu kien qed jiffaċċja kriżi ekonomika u finanzjarja bla preċedent. Is-sitwazzjoni ekonomika kkawżata minn korruzzjoni rampanti minn politiċi fejn waslet għall-għexieren ta’ eluf ta’ nies fl-istat ta’ faqar u qajmet protesti kbar kontra l-gvern. Il-Bank Dinji qed ibassar illi jekk is-sitwazzjoni ma titranġax, fl-2021, il-faqar ser iwassal għal aktar minn nofs il-popolazzjoni.

Fl-ewwel Jum tas-Sena, l-Kardinal Rai kkritika bil-qawwa lill-politiċi li qal li hi tal-“mistħija” li tibda s-sena mingħajr kap ġdid ta’ gvern. Fl-omelija tiegħu f’Quddiesa fil-Patrijarkat, huwa ddeskriva lill-politiċi bħala “pedini fuq l-bord taċ-ċess tal-Lvant Nofsani u tal-poteri l-kbar”. Huwa sostna li ħadd “m’għandu d-dritt jimblokka l-formazzjoni tal-gvern biex iħallas kontijiet jew interessi mmedjati u dawk futuri”. Sadanittant, il-Kardinal innota, li Libanu “sejjer lejn kollass totali u falliment”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-01/lebanon-cardinal-bechar-appeal-politicians-agreement-bankrupt.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d