F’villa Art Deco b’ħitan għolja ftit il barra minn Hong Kong f’post jiswu Kowloon, il-Vatikan jopera missjoni diplomatika non-uffiċjali.
U din hija l-unika outpost politika ta’ kull tip fiċ-Ċina. Il-missjoni żżomm low profile kemm jista’ jkun hekk li lanqas hija mniżżla fid-direttorjali formali tal-Knisja Kattolika. Iż-żewġ monsinjuri li jaħdmu fiha m’għandhom ebda standing formali ma’ Beijing jew Honk Kong. Ma jwettqux xogħol uffiċjali u lanqas jiltaqgħu ma’ uffiċjali taż-żewġ postijiet imsemmija. Fil-fatt, din l-entita’ għandha pożizzjoni mill-iktar delikata fiċ-Ċina. Huwa magħruf li xi sorijiet jinsabu arrestati minħabba l-ħidma tagħhom fiċ-Ċina.
https://www.japantimes.co.jp/news/2020/12/31/asia-pacific/beijing-catholic-church-hong-kong/
Rapport għal-Laikos minn Fr Georffrey G. Attard