“Il-faqar mhux aċċettabbli, ejja nibnu dinja aktar fraterna”.

Print Friendly, PDF & Email

‘Entraide et Fraternité’ u ‘Action Vivre Ensemble’ huma żewġ organizzazzjonijiet kattoliċi Belġjani li qed jimpenjaw lilhom infushom fil-ġlieda kontra l-faqar, u li jaħdmu għal soċjetà aktar ġusta u aktar inklussiva billi jappoġġjaw proġetti ta’ żvilupp u solidarjetà. Fl-okkażjoni tal-50 sena u 40 sena mit-Twaqqif tagħhom, il-Ġimgħa, l-Papa Franġisku ndirizza messaġġ li fih ferħilhom għall-fedeltà tagħhom fit-twettiq tal-missjoni li qed jagħmlu. 

Waqt li nnota li l-isfidi li qed jindirizzaw huma aggravati mill-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-Covid-19, li qed taffettwa d-dinja kollha, l-Papa qal li l-agħar milquta huma l-ifqar u l-aktar traskurati: “Huwa għalhekk, importanti iktar minn qatt qabel li ssegwu w tiżviluppaw x-xogħol li tkunu għamiltu”. Il-Papa ħeġġeġ bil-qalb lill-membri tal-organizzazzjonijiet u l-ħafna voluntiera li jaħdmu flimkien fil-paroċċi u s-soċjetà ċivili, “Inħeġġeġ lilkom u lill-imsieħba tagħkom li qed tiġġieldu jum wara l-ieħor kontra l-faqar inaċċettabbli”, huwa qal u żied jgħid li l-gratitudni tiegħu tmur ukoll għad-donaturi li grazzi tal-appoġġ finanzjajru tagħhom qed jgħinu biex ix-xogħol ikun iktar possibli. Lkoll għandna l-istess għan: li nibnu dinja aktar ġusta u fraterna.”

Fl-introduzzjoni tal-messaġġ tiegħu, l-Papa Franġisku fakkar fit-tnedija, fl-1961, mill-Isqfijiet Kattoliċi Belġjani, fejn fir-Randan kienu għamlu kampanja li stiednu lill-fidili biex juru solidarjetà konkreta lil popolazzjonijiet li qed ibatu fil-Kongo li reċentement kisbu l-indipendenza. Għal dan il-għan, huwa qal, li dawn waqqfu l-assoċjazzjoni ‘Entraide et Fraternité’, li minn dakinhar ippreparat u organizzat il-kampanja tar-Randan tal-Knisja Belġjana, u kompliet testendi l-attivitajiet tagħha f’pajjiżi mad-dinja kollha. Għaxar snin wara, l-Isqfijiet kien nedew “Action Vivre Ensemle’, biex jorganizzaw il-kampanja tal-Avvent tal-isqfijiet u biex jgħinu lill-assoċjazzjonijiet li jiġġieldu l-faqar fil-Belġju stess.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-message-belgian-catholic-associations.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: