Omelija ta’ Ġwanni Pawlu II f’Velletri

Print Friendly, PDF & Email

VISTA PASTORALI  F’ VELLETRI. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Velletri, 7 ta’ Settembru 1980

Għeżież ħuti!

1. Nixtieq, qabel kollox, ngħidilkom il-ferħ kbir li nistà nsib ruħi f’nofskom illum, ġewwa Velletri s-sabiħa tassew tagħkom. Insellmilkom ilkoll bi tqanqil kbir tal-qalb u niżżikom ħajr b’mod profond għal-laqgħa entużjasta tagħkom. It-tislima tiegħi tmur, b’mod partikolari, għall-Eċċellenza tiegħu l-Kardinal Sebastjan Baggio, Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, titulari għal din il-Knisja suburbana glorjuża:  għall-emeritu Isqof Dante Bernini, għall-membri tal-Presbiterju dijoċeżan, għar-rappreżentanti kollha tal-Ordnijiet Reliġjużi maskili u femminili, għall-futuri saċerdoti, għal dawk li qegħdin iħejju ruħhom għad-Djakonat permanenti, għall-miktubin fl-Iskola tat-Tejoloġija għal-Lajċi u għal dawk kollha li jappartienu għall-Assoċjazzjonijiet lajkali differenti. FDin il-laqgħa tagħna, mogħnija mill-kuntest tal-Quddiesa Mqaddsa li qegħdin niċċelebraw, hija okkażjoni ottima biex flimkien nistqarru il-fidi komuni tagħna fi Kristu Ġesù, Sidna, u għall-komunjoni mutwa tagħna.

Naf li ninsab ġo belt tal-istorja antika u illustri, kemm fil-qasam ċivili kif ukoll f’dak ekkleżjastiku; inkwantu għal tal-ewwel, huwa suffiċjenti li taħseb dwar l-oriġni tal-Imperatur Ottavjanu Awgustu; fit-tieni jispikkaw il-figuri ta’ mhux ftit Isqfijiet ta’ Velletri mgħollijin jew għall-Katedra ta’ Pietru jew saħansitra għall-unuri tal-Altari. Imma naf ukoll sewwa ħafna li ż-żelu tal-Veliterni mhuwiex affattu limitat għall-imgħoddi, għall-kuntrarju jikkostitwixxi patrimonju fertili fil-preżent, li għalih il-belt tagħkom tiddistingwi ruħha għad-dinamiżmu tagħha f’livelli varji. Ta’ dan nagħtikom kreditu u, waqt li nieħu gost, ninkuraġġikom b’mod pattern biex tkomplu b’impenn ugwali, waqt li tfittxu fuq kollox li żżommu dejjem għoli l-isem nisrani li jiddistingwikom.

2. Il-Qari Bibbliku, li l-Liturġija ta’ dan il-Ħadd jipproponilna, jiċċentra ruħu madwar il-kunċett tal-għerf nisrani, li kull wieħed u waħda minna ahna mistednin biex nakkwistaw u biex napprofondixxu.

Għalhekk il-versett tas-Salm responsorjali huwa fformulat b’dan il-kliem sabiħ: “Tina, o Mulej, l-għerf tal-qalb”. Infatti, mingħajru kif jistà jkun possibbli li nippjanaw b’mod denn ħajjitna, niffaċċjaw d-diffikultajiet differenti, u anzi nikkonservaw dejjem atteġġjament ta’ paċi u serenità interni? Imma biex nagħmlu dan, bħal ma jgħallem l-Ewwel Qari, hemm bżonn l-umiltà, jiġifieri s-sens awtentiku tal-limiti propju, magħqud max-xewqa qawwija ta’ don mill-għoli, li jarrikkixxi minn ġewwa. Infatti, il-bniedem tallum, minn banda jsib diffiċli li jħaddan u jifhem il-liġijiet kollha li jirregolaw l-univers materjali, li huma wkoll oġġett ta’ osservanza xjentifika, imma mill-banda l-oħra  jassumi li jilleġiżla b’sikurezza fuq il-ħwejjeġ tal-ispirtu, li b’definizzjoni jaħarbu mir-rivelazzjonijiet fiżiċi: “Bil-kemm inbassru l-ħwejjeġ terreni,…imma min jistà jitraċċja l-ħwejjeġ tas-sema,…jekk int ma bgħattilhomx l-ispirtu qaddis tiegħek mill-għoli?” (Għerf 9,16.17).

Hawn tieħu forma l-importanza li nkunu veri dixxipli ta’ Kristu, għaliex, permezz tal-Magħmudija, Huwa sar l-għerf tagħna (cf. 1Kor 1,30) u għalhekk il-qies ta’ dak kollu li jifforma l-materjal konkret ta’ ħajjitna. Il-Vanġelu li nqara jesponi propju ċ-ċentralità meħtieġa ta’ Ġesù Kristu fl-eżistenza tagħna. U dan jagħmlu bi tliet sentenzi kondizzjonali: Jekk ma nqegħdux lilu ‘il fuq mill-ħwejjeġ tagħna l-iktar għeżież, jekk ma niddecidux li naraw is-slaleb tagħna fid-dawl ta’ dak tiegħu, jekk ma jkollniex is-sens tar-relattività tal-ġid materjali, allura  ma nkunux nistgħu nkunu dixxipli tiegħu, jiġifieri nsejħu lilna nfusna nsara. Dawn huma referenzi essenzjali għall-identità tagħna ta Mgħammdin; fuqhom irridu nirriflettu dejjem ħafna, ukoll jekk issa biżżejjed nagħmlu aċċenn qasir.

3. Għeżież Veliterni, huwa fuq dawn il-bażijiet evanġeliċi sodi li jonqxu u jakkwistaw preġju ikbar valuri umani u nsara oħra mportanti. Naf li ġo Velletri intom ġeneralment tgħidu li tgħożżu b’mod partikolari tliet imħabbiet: il-familja, ix-xogħol u l-Madonna. Kollox sew, jekk tippermettuli, irrid ngħidilkom li jien naqbel magħhom, u fuq kull waħda minnhom huwa għażiż li ngħidu kelma qasira.

Qabel kollox, il-familja: din hija l-ewwel ambjent vitali, li l-bniedem jiltaqà miegħu meta jiġi fid-dinja, u l-esperjenza tagħha tibqà deċiżiva għal dejjem. Għalhekk huwa mportanti li nieħdu ħsiebha u nipproteġuha, sabiex tkun tistà twettaq b’mod adegwat d-dmirijiet speċifiċi, li huma approvati u afdati lilha min-natura u mir-rivelazzjoni nisranija. Din hija l-post tal-imħabba u tal-ħajja, anzi l-post fejn l-imħabba tiġġenera l-ħajja, għaliex kull waħda minn dawn iż-żewġ realtajiet ma tkunx awtentika jekk ma tkunx akkumpanjata wkoll mill-oħra. Hawn hu għaliex il-Kristjaneżmu u l-Knisja minn dejjem jiddefenduhom u jqegħduhom f’relazzjoni mutwa. F’dan ir-rigward jibqà veru dak li l-predeċessur tiegħi, il-kbir Papa Pawlu VI, kien ipproklama diġa fl-ewwel radjumessaġġ tiegħu tal-Milied tal-1963: iva u spiss kien jirrikorri għal rimedji li setgħu jitqiesu agħar mill-deni, jekk jikkonsistu fli jwettqu attentat fuq l-istess fertilità tal-ħajja b’mezzi li l-etika umana u nisranija għandha tikkwalifika bħala illeċiti: minflok ma żżid il-ħobż fuq il-mejda tal-umanità mġewħa, bħal ma llum l-iżvilupp produttiv modern jistà jagħmel, taħseb minn uħud li tnaqqas, bi proċessi kontrarji għall-onestà, in-numru ta’ dawk madwar il-mejda. Dan mhux denn taċ-ċiviltà” (Insegnamenti di Paolo VI, I [1963] 419). Nagħmel għal kollox tiegħi dan il-kliem u anzi rrid nenfasizza iktar, meta nara li minn mindu dan kien ippronunzjat sallum is-sitwazzjoni wieħed jistà jgħid li ggravat u jinħtieġ l-impenn responsabbli u fattiv tal-bnedmin onesti kollha, f’kull livell tal-konvivenza ċivili. Bla dubju intom tafu li l-imminenti Sinodu tal-Isqfijiet għandu bħala tema tal-istudji tiegħu propju dak tal-familja; ejjew nitolbu lill-Mulej sabiex dan ikun fertili b’riżultati pożittivi u dejjiema għall-ġid tal-Knisja u tal-istess soċjetà umana.

4. Fit-tieni post intom tħobbu x-xogħol. Fuq dawn l-għoljiet fertili ix-xogħol tagħkom jikkonkretizza ruħu ċert fl-immaġni ferreħija u serena tal-għalqa tad-dwieli, li tipproduċi dak l-imbid lokali tipiku u ċelebri, li tiftaħru bih u b’mod ġust. Imma ma ninsiex kull tip ieħor ta’ attività, li għaliha kull wieħed u waħda tmiddu għonqkom biex taqilgħu l-ħobża ta’ kuljum għalikom u għall-għeżież tagħkom.

Il-Knisja, bħal ma tafu, tiddedika r-riflessjonijiet l-iktar attenti tagħha għall-problemi tax-xogħol u tal-ħaddiema. Fil-vjaġġi tiegħi apostoliċi qatt ma nqast li ma nitraċċjax il-linji ewlenin ta’ din ir-riflessjoni pastorali primarja; u intom tiftakru wkoll kif il-Konċilju Vatikan II enfasizza li x-xogħol “jipproċedi b’mod immedjat mill-persuna, li jistampa fin-natura kważi s-siġill tiegħu u  li tissottomettih għar-rieda tagħha” (Gaudium et Spes, 67). Barra minn dan, grazzi għar-rilevanza soċjali tiegħu, ix-xogħol għandu bżonn li jkun mhux biss promoss, imma wkoll protett u ddifendut, hekk li d-dmirijiet tal-ħaddiema jibbilanċjaw ruħhom b’mod ġust mad-drittijiet magħrufa u rrispettati tagħhom. Qatt ma jkun leċitu, mill-punt di vista nisrani, li dak li jkun ijassar il-persuna umana la għal individwu u lanqas għal Sistema b’mod li jirrendiha strument pur ta’ produzzjoni. Hija, iżda, għandha tkun dejjem meqjusa superjuri għal kull profit u għal kull idejoloġija; u qatt bil-maqlub.

Nittama li x-xogħol tagħkom jimmutivakom għal virtujiet qawwija u sperimentati, jirrendikom dejjem iktar kostrutturi maturi u koxjenti tal-ġid komuni, u operaturi ta’ dik is-solidarjetà li, waqt li tieħu oriġni minn Alla Ħallieq, tgħaqqad u tikkonsolida l-konvivenza tagħkom. Anzi, nieħu pjaċor nara fil-prodott tal-art tajba tagħkom simbolu elokwenti ta’ fraternità u ta’ komunjoni reċiproka, hekk li l-bnedmin jittrasformaw ruħhom f’mistiedna simili, ugwali u festużi, bil-qiegħda fil-pranzu ta’ din il-ħajja, bħala xbiha arċitipika tal-festa futura u sterna minna maqsum mal-uniku Sidna.

5. Fl-aħħarnett, intom tħobbu lil Omm Ġesù. Naf li hi għalikom partikolarment għażiża l-Madonna tal-Grazzja, li x-xbiha tagħha hija mgħassa u meqjuma b’mod filjali fil-Katidral sabiħ tagħkom. Dan lili jogħġobni bil-kbir, u nħeġġiġkom biex tipperseveraw f’din id-devozzjoni tagħkom li, intenzjonata u migħuxa b’mod rett, twassal bla dubju ta’ xejn biex tippenetraw dejjem iktar fil-misteru ta’ Kristu, is-Salvatur uniku tagħna. Il-qalb ta’ Ommu hija hekk kbira u sensittiva li ssawwab imħabbitha wkoll fuq kull wieħed u waħda minnha, li neħtieġu kuljum il-protezzjoni tagħha. Għalhekk insejħulha b’fiduċja sħiħa. U għalhekk ukoll nirrakkomanda Lilha, għeżież Veliterni tiegħi, ilkoll hawn preżenti, u lil dawk li ma setgħux jieħdu sehem f’din il-laqgħa meraviljuża. B’mod speċjali, nafda għall-attenzjoni materna tagħha lill-morda, lill-anzjani, lit-tfal, lil dawk li jħossuhom weħedhom u dgħajfa jew li jinsabu fi bżonnijiet partikolari. Ilkoll għandna post f’qalbha u taħt il-gwida tagħha, nistgħu niffaċċjaw b’mod qalbieni d-diffikultajiet tal-ħajja u b’mod speċjali nilħqu maturità nisranija sħiħa.

Dan huwa wkoll l-awgurju tiegħi vivissmu, kordjali u benediċenti. Hekk ikun!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d