‘Fratelli tutti’ bir-Russu

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jittama li l-‘Fratelli tutti’ bir-Russu se tgħin għall-fraternità

Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Marzu l-Papa Franġisku bagħat messaġġ fir-Russja fl-okkażjoni tat-tnedija tal-verżjoni bir-Russu tal-enċiklika ‘Fratelli tutti’. Il-Papa jittama li r-riflessjoni tal-enċiklika se tgħin biex jikber id-djalogu bejn l-Insara u l-Musulmani, mhux biss fil-Federazzjoni Russa, imma fid-dinja kollha.

Il-Papa qal li d-diskussjoni sinċiera dwar il-‘Fratelli tutti’ se żżid dan id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet għax il-fraternità tiġi billi lkoll nagħrfu l-istess Missier. “Ladarba”, qal il-Papa, “aħna wlied tal-istess missier, nistgħu nsejħu lil xulxin aħwa u ngħixu ta’ aħwa.”

Il-Papa awgura li l-istudju tal-enċiklika jġib il-frott mixtieq biex ilkoll nieħdu l-ġid minnu fil-fil-ħajja personali u soċjali tagħna.

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-message-fratelli-tutti-russian-translation-moscow.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d