Talba tal-Papa ta’ Ulied Abraham

Print Friendly, PDF & Email

Fit-tieni jum taż-żjara Appostolika tiegħu fl-Iraq, il-Papa Franġisku vvjaġġa lejn in-Nofsinhar minn Bagdad għall-belt antika ta’ Ur biex isseħħ laqgħa storika inter-reliġjuża.

Għal din il-laqgħa, bnew struttura sempliċi, forma ta’ tinda, bi drappijiet bojod biex tipproteġi lill-parteċipanti mix-xemx, u li din twaqqfet ħdejn id-dar ta’ Abraham. Fl-isfond, jidhru l-fdalijiet inkredibbilment ippreservati tajjeb ta’ tempju Sumerjan li għandu 4,000 sena, b’kumpless residenzjali biswit u palazzi magħrufa bħala ż-Żiggurat il-Kbir ta’ Ur.

Wara l-laqgħa, l-Papa inġabar fit-talb flimkien mal-Musulmani, Lhud, rappreżentanti tal-Knejjes Insara tal-Iraq, u membri tal-minoranzi reliġjużi Iraqini, inklużi l-Yazidis u s-Sabaeans, li flimkien invokaw lill-Mulej għall-paċi, r-rikonċiljazzjoni w s-saħħa biex jerġgħu jibnu n-nazzjon, meqrud mill-kunflitt.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://laikosblog.org/category/il-papa-fl-iraq-2021/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading