Il-Papa Franġisku jħeġġeġ lir-reliġjonijiet Abrahamiċi biex isegwu t-triq tal-paċi fl-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

Wara l-laqgħa privata li kellu mal-Gran Ayatollah Sayyid Al-Husayni Al-Sistani fir-residenza tiegħu. Il-Papa Franġisku vvjaġġa lejn Ur tal-Kaldin, il-post tat-twelid tat-tliet reliġjonijiet ewlenin – l-Iżlam, il-Kristjaneżmu u l-Ġudajiżmu. Il-laqgħa tiegħu hemmhekk kienet ikkunsidrata bħala l-quċċata tal-isforzi tiegħu biex jippromwovi djalogu inter-reliġjuż u fraternità fin-nazzjon tal-Lvant Nofsani. “Dan il-post imbierek iġibna lura għall-oriġini tagħna, għas-sorsi tax-xogħol t’Alla, għat-twelid tar-reliġjonijiet tagħna,” qal il-Papa fid-diskors tiegħu lir-rappreżentanti tat-tliet reliġjonijiet Abrahamiċi.

“Jidher li rritornajna lura d-dar,” il-Papa qal hu w jitkellem fil-post imwaqqaf ħdejn dak li tgħid it-tradizzjoni li kienet id-dar ta’ Abraham, ħdejn iż-Żiggurat il-Kbir ta’ Ur. “Kien hawn li Abraham sema’ s-sejħa t’Alla; kien minn hawn li beda l-vjaġġ li bidel l-istorja. Aħna l-frott ta’ dik is-sejħa w dak il-vjaġġ.” Il-Papa kompla jinnota li Alla talab lil Abraham biex jgħodd l-istilel u wiegħed lill-patrijarka li d-dixxendenti tiegħu se jkunu daqstant numerużi. “Huwa ra lilna.” Bħala rappreżentanti ta’ dawk id-dixxendenti miġbura fil-post tat-twelid tiegħu, l-Papa ħeġġeġ lil kulħadd biex inħarsu ‘l fuq lejn is-sema waqt li nivvjaġġaw fuq l-art.

Il-Papa Franġisku qal li l-istess stilel li ħares lejhom missierna Abraham għadhom idawlu l-iktar iljieli mudlama tagħna “għax jiddu flimkien”. “Il-ġenna tagħtina messaġġ ta’ għaqda,” qal il-Qdusija Tiegħu, “l-Omnipotenti ta’ hawn fuq jistedinna biex qatt ma ninfirdu minn mal-ġirien tagħna.” Il-kap tal-Knisja Kattolika ħeġġeġ ukoll lill-fidili tar-reliġjonijiet kollha biex jippreservaw il-fraternità permezz tal-imħabba waqt li jerfgħu għajnejhom lejn is-sema u jaduraw lil Alla.

Ir-Ragħaj tal-Knisja Kattolika qal li dawk li jemmnu ma jistgħux jibqgħu siekta meta t-terroriżmu jabbuża mir-reliġjon, peress li l-vjolenza u l-estremiżmu mhumiex imwielda minn qalb reliġjuża. Ħasra li “s-sħab mudlama tat-terroriżmu, l-gwerra w l-vjolenza” ħarbtu lill-Iraq, l-Papa Franġisku fakkar li “l-komunitajiet etniċi w reliġjużi kollha sofrew.” Huwa sema’ leħnu biex jiddefendi b’mod speċjali l-komunità Yazidi, li ħafna minnhom ġew maqtula, mibjugħa bħala skjavi u mġiegħla jikkonvertu. L-Papa talab għal dawk li ħarbu mill-Iraq jew inħatfu, w talab lil Alla “biex ma jdumux ma jirritornaw lura d-dar”.

Il-Qdusija Tiegħu kompla jfakkar fil-qerda w l-mewt ikkawżati mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fit-tramuntana tal-pajjiż. Minkejja d-devastazzjoni, “xi stilel baqgħu jleqqu”, huwa qal waqt li ndika l-ħafna eżempji ta’ sforzi konġunti biex jerġgħu jinbnew knejjes u moskej. Hekk kif dawn il-postijiet ta’ qima jibnew mill-ġdid huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmlu pellegrinaġġi lejn dawn il-postijiet qaddisa, “għax huma l-isbaħ sinjal fuq l-art tax-xewqa tagħna lejn is-sema.” “Bil-fedeltà tiegħu lejn Alla, Abraham sar barka għall-popli kollha,” qal il-Papa. “Jalla l-preżenza tagħna hawn illum, fuq il-passi tiegħu, tkun sinjal ta’ barka w tama għall-Iraq, għall-Lvant Nofsani w għad-dinja kollha.”

Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-fidili tat-tliet reliġjonijiet Abrahamiċi biex isibu spirazzjoni fil-missier komuni tagħna, w nibdlu l-armi fi strument ta’ paċi. “Huwa f’idejna li l-ħajja umana għandha valur għal dak li hi u mhux għal dak li għandha. Li l-ħajja fil-ġuf, l-anzjani, l-immigranti w l-irġiel u n-nisa, ikun xi jkun il-kulur tal-ġilda tagħhom jew in-nazzjonalità tagħhom, huma dejjem sagri w jgħoddu daqs il-ħajja ta’ kulħadd!” Fi żmien stess, il-vjaġġ tagħna lejn il-paċi jeħtieġ passi konkreti ta’ fraternità, li naħdmu flimkien biex niksbu xi ħaġa tajba.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-iraq-interreligious-meeting-ur-chaldeans.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: