Hekk kif nhar il-Ħaff, il-Mjanmar rat xmara ta’ demm fit-toroq tagħha, b’aktar minn 30 dimostrant maqtul mill-forzi tas-sigurtà, l-Knisja Kattolika, għal darb’oħra semgħet leħinha u sejħet għall-paċi fin-nazzjon, filwaqt li kkundanat l-forza brutali w tixrid tad-demm tal-poplu.
“Bħala mexxejja tal-Knisja Kattolika tal-Mjanmar, … inħeġġu lill-partijiet kollha fil-Mjanmar biex ifitxu l-paċi,” hekk kiteb nhar il-Ħadd, il-Kardinal Charles Bo ta’ Yangon. Ittra miftuħa lill-poplu kollu tan-nazzjon, inkluż lill-mexxejja eletti fil-ħabs u lill-militar. “Din il-kriżi ma tiġix solvuta bit-tixrid tad-demm,” waqt li saħaq, “il-qtil irid jieqaf minnufih. Diġa’ mietu ħafna.” “Id-demm imxerred mhuwiex ta’ għadu,” huwa sostna, u żied jgħid, “Huwa d-demm ta’ ħutna stess, taċ-ċittadini tagħna stess.”
Il-Kardinal Bo, li huwa l-president tal-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Mjanmar, kien qed jirreaġixxi għan-numru dejjem jiżdied ta’ mejtin fost id-demostranti. Id-dimostranti qed jitolbu lill-militar biex jeħilsu lill-mexxejja eletta tagħhom Aung Suu Kyi, il-Kap tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija, li kisbet rebħa kbira fl-elezzjonijiet ta’ Novembru li għadda. Hi u ħafna mill-mexxejja eletti qegħdin jinżammu f’postijiet mhux magħrufa.
“S’issa, 126 persuna nqatlet minħabba ripressjonijiet vjolenti w arbitrarji, mill-inqas 38 illum”, dan intqal f’post li nħarġet mill-Assoċjazzjoni ta’ Assistenza għall-Priġunieri Politiċi tal-grupp tad-drittijiet nhar il-Ħadd.
Il-Kardinal Bo, li huwa wkoll il-president tal-Federazzjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Asjatiċi, appella għat-tmiem tal-vjolenza u l-qtil, kif ukoll biex “jinħelsu l-innoċenti kollha. Huma n-nies tagħna stess,” qal. Waqt li nnota li ż-żgħażagħ ilhom jgħixu bit-tama. Huwa talab: “Ejjew ma nsirux nazzjon ta’ diżappunt bla sens.”
Il-Kardinal Salesjan ta’ 72 sena, fakkar fil-messaġġi ta’ solidarjetà tal-Papa Franġisku u tas-Santa Sede għall-poplu tal-Mjanmar, waqt li ħeġġeġ lill-Knisja fil-pajjiż biex timpenja ruħha biex tibni l-paċi.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-03/myanmar-bo-letter-appeal-stop-killing-38-dead.html