Il-Knisja ‘teżulta bil-ferħ’ fil-familja, fis-sena ddedikata lil Amoris Laetita.
Uffiċjali mid-Dikasterju għal-Lajċi, l-Familja u l-Ħajja, flimkien ma’ koppja miżżewġa, introduċew ‘Sena Amoris Laetitia, riflessjoni dwar il-Familja’, li bdiet fid-19 ta’ Marzu – s-Solennità ta’ San Ġużepp, ir-raġel tal-Verġni Mbierka Marija.
Ara l-Amoris Laetitia tal-Papa Franġisku …
“Is-Sena Amoris Laetitia, dwar il-Familja, verament għamlet lill-Knisja tifraħ bil-ferħ,” stqarret Gabriella Gambino, sottosegretarja tad-Dikasterju għal-Lajċi, Familja u l-Ħajja. Fl-indirizz tagħha fil-konferenza stampa li saret biex tintroduċi l-inizjattiva, Dr Gambino, mara u omm ta’ ħamsa, qalet li din is-sena “hija okkażjoni biex nagħtu spinta lill-ministeru pastorali tal-Familja, billi nfittxu li nġeddu l-mezzi w l-istrateġiji, w forsi anke xi wħud mill-għanijiet ta’ ppjanar pastorali.” Il-preżentazzjoni ta’ Dr Gambino enfasizzat l-isforzi tad-Dikasterju biex jipprovdi għodda pastorali għall-familji, parroċċi, u djoċesijiet, sabiex jappoġġjaw il-ministeri tagħhom.
Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm ukoll il-prefett tad-Dikasterju, l-Kardinal Kevin Farrell. Huwa enfasizza li “hija l-missjoni tal-Knisja li tkun dejjem ħabbara tal-Bxara t-tajba tal-Evanġelju.” Il-Kardinal qal, “huwa iktar xieraq minn qatt qabel, li tiġi ddedikata sena pastorali sħiħa lejn il-Familja Nisranija, għax il-preżentazzjoni tal-pjan t’Alla għall-Familja lid-dinja hija sors ta’ ferħ u tama.” Il-prefett tad-Dikasterju ddeskriva tliet aspetti partikolari tat-tiġdid pastorali mitlub mill-Papa Franġisku: kollaborazzjoni akbar; bidla fil-mentalità li tippermettilna naraw lill-familja bħala protagonisti , u mhux sempliċement bħala oġġetti, tal-ministeru pastorali; u l-formazzjoni ta’ dawk li jħarrġu l-ministri futuri.
Fl-aħħarnett, koppja miżżewġa, Valentina u Leonardo, esprimew it-tamiet tagħhom għal din is-sena. Huma qalu li qed jistennew bil-ħerqa li “jgħixu” r-relazzjoni tagħhom t’appartenenza fil-Knisja “bi spirtu mġedded”, f’perjodu kkaratterizzat mill-emerġenza tas-saħħa, minħabba l-Covid-19, iżda wkoll immarkat minn prospetti konkretti għat-titjieb tas-sitwazzjoni. Il-koppja tkellmet dwar l-esperjenza tal-ħajja tal-familja li jgħixu ta’ kuljum, u enfasizzaw l-importanza ta’ “kliem u ġesti sempliċi, li … joħorġu minn attitudnijiet profondi ta’ ftuħ, rispett, paċenzja, fiduċja, qsim u maħfra.”

Fil-konferenza stampa tħabbru diversi inizjattivi li ġew promossi mid-Dikasterju, nhar it-Tnejn, ser jiġu mnedija serje ta’ għaxar filmati fuq il-midja soċjali, bil-familji jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u l-Papa Franġisku jwieġeb għal-mistoqsijiet li huma jqajmu. Il-vidjows huma maħsuba bħala forma ta’ djalogu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-03/church-exults-with-joy-at-the-year-amoris-laetitia-family.html