Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II lil staff u studenti tal-Universitajiet

QUDDIESA GĦAR-RETTURI, IL-PROFESSURI U L-ISTUDENTI TAL-UNIVERSITAJIET EKKLEŻJASTIĊI RUMANI

OMELIJA TA’  ĠWANNI PAWLU II

Bażilika ta’ San Pietru, 21 ta’ Ottubru 1980

Sinjuri Kardinali. Illustri professuri, għeżież studenti!

1. Din il-laqgħa tfawwarni bil-ferħ, Intom tokkupaw post speċjali f’qalbi u f’qalb il-Knisja., Meta nħares lejkom, jitilgħuli fuq xuftejja l-kliem tal-Appostlu: “Lill- maħbubin kollha ta’ Alla li jinsabu Ruma msejħin biex ikunu qaddisin: grazzja lilkom u sliem mingħand Alla l-Missier tagħna u Sidna Ġesù Kristu!” (Rm 1,7).

It-tislima tiegħi tmur l-ewwelnett lis-Sinjur Kardinal Baum, li lilu tmur ir-rikonoxxenza tiegħi għall-kliem ta’ korteżija li bih ried jippreżenta din l-assemblea, waqt li nterpreta b’mod inċiżiv is-setimenti tagħkom ta’ adeżjoni sinċiera lejn il-katedra ta’ Pietru. Insellem b’mod kordjali lill-professuri, li onoraw bil-preżenza tagħhom din il-laqgħa ta’ riflessjoni u ta’ talb. U nsellem lilkom ilkoll, għeżież studenti, li tidtu tinġabru flimkien miegħi madwar l-altar ta’ Kristu, fil-bidu tas-sena akkademika.

B’mod vivaċi jiena stess xtaqt dan il-waqt, li għalih nattribwixxi mportanza speċjali.

Infatti, nqis tassew sinifikattiva, fil-bidu ta’ sena ġdida ta’ studju, il-laqgħa tal-komunitajiet imferrxin fl-universitajiet ekkleżjastiċi differenti ta’ Ruma flimkien mal-Isqof tagħhom għal ċelebrazzjoni ewkaristika sollenni, li fiha jinqasam dak il-ħobż divin, li jistà mill-ħafna jagħmel ġisem wieħed (cf. 1Kor 10,17). Il-kelma ta’ Alla, li smajna tixxandar ftit ilu, tgħinna nippenetraw fi profondità fis-sinifikat ta’ din il-ġrajja, billi tippermettilna li nqisu s-sinifikat traxxendenti.

2. “Intom il-melħ tal-art. Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5,13-14), tenna Ġesù fil-Vanġelu. Xi jrid jgħid b’ “melħ”, xi jrid jgħid b’“dawl”? Huwa ċar li, bl-għajnuna ta’ dawn il-metafori, Ġesù ried jiddefenixxi min huma d-dixxiplu tiegħu u jindika b’liema doti huma kellhom jippossiedu. Il-binomju “melħ-dawl” jikkostitwixxi s-sintesi espressiva tal-missjoni minnu fdata lill-Knisja u lil kull membru tagħha.

Jekk it-tali kunsinna tinteressa lil kull dixxiplu ta’ Kristu, din hija ndirizzata b’mod partikolari għal min hu fid-dmir li jkun animatur tal-komunità nisranija, għaliex imsejjaħ biex jagħmilha ta’ gwida għal ħutu fl-iskoperta progressiva tat-teżori tal-verità, offruti lill-bniedem mir-rivelazzjoni. Kif tistà ma tqigħedx fost tali animaturi lil dawk li jagħmlu parti miċ-ċentri ekkleżjastiċi universitarji, li minnhom il-Knisja tistenna, skont il-kliem tal-Konċilju Vatikan II, li japprofondixxu “is-setturi differenti tax-xjenzi sagri, b’mod li jkollhom għarfien dejjem iktar sħiħ tar-rivelazzjoni divina, ikun aħjar esplorat il-patrimonju tal-għerf nisrani, trażmess mill-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija, ikun iffavorit id-djalogu mal-aħwa mifrudin u ma dawk mhux insara, u jwieġeb għall-problemi emerġenti tal-progress kulturali”? (Gravissimum Educationis, 11).

Ejjew, mela, nirriflettu, dwar dak li jħallu jintlemaħ l-immaġni suġġestivi, li minnhom jagħmel użu Ġesù. Ejjew nistaqsu lilna nfusna għaliex iwasslu għas-sitwazzjoni speċifika tagħkom. Mhijiex b’xi mod mdella fihom in-natura ntima tal-komunità akkademika, li fiha l-għalliema għandhom “jiddu” quddiem id-dixxipli għal kompetenza, duttrina, u “taħwir” fl-istess ħin tal-formazzjoni  tagħhom bil-“melħ” tal-għaqal u tal-għerf? Biex ngħidu s-sewwa, huwa hawn indikat il-prinċipju,  skont liema tinbena dik l-għaqda  spiritwali partikolari  li tieħu l-oriġni tagħha mill-imħabba għad-“dawl” – jiġifieri għall-verità – u barra minn hekk tnissel mill-qawwa, mis-solidità , mill-bilanċ tax-xhieda migħuxa li, bħal “melħ” tirrendi kredibbli it-tagħlim mgħoddi. Il-ħajja tal-komunità kollha universitarja ssib hawn il-kriterju deċiżiv tal-awtentiċità tagħha.

Il-kelma evanġelika tiżvela mbagħad, fi prospettiva il-futur li lejh trid tinfirex kull komunità miġbura fl-istruttura universitarja: fiha jħejju ruħhom dawk li għada se jkunu id-“dawl” u l-“melħ” f’nofs ħuthom, “ma tixgħelx il-musbieħ u tqegħdu taħt is-siegħ…” (Mt 5,15). Id-dimensjoni pastorali għandha tkun b’mod kostanti quddiem għajnejn dawk li jagħmlu parti mill-università u għandhom jorjentaw b’mod effikaċi l-impenn. Meta Kristu jgħid: “Hekk jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin”, (Mt 5,16), jesponi responsabiltà partikolari kemm tad-dixxipli kif ukoll tal-għalliema li joperaw għall-glorja tal-Missier.

3. Ir-riflessjoni tagħna illejla hija stimolata u orjentata wkoll minn suġgerimenti li jinsabu fis-silta splendida tal-ewwel ittra lill-Korintin li kienet proposta lilna. Fiha l-Appostlu jitkellem dwar l-“Ispirtu ta’ Alla” li “jaf is-sigrieti tal-bniedem” u dwar l-Ispirtu ta’ Alla” li lilu biss jiżvela “is-sigrieti ta’ Alla” (cf. 1Kor 2,11).

Dawn huma espressjonijiet li minnhom tiddi, qabel xejn, l-istima tal-Appostlu Pawlu għall-ħila li għandu l-ispirtu uman li jippenetra d-dinja nterna propja u, permezz ta’ dan, ukoll id-dinja ta’ madwaru. U stima li ġġib magħha kunsinna preċiża: dik li tuża b’mod għaqli r-riżorsi tal-intelliġenza propja fl-isforz mitlub għar-rebħa tax-“xjenza” li dwarha jitkellem San Pawl. Il-kunsinna tgħodd b’mod partikolari għalikom li, bħala membri ta’ ċentri universitarji, għandkom għal dan ir-rigward dmirijiet partikulari, li għalihom intom tiddisponu wkoll minn possibiltà u minn strumenti, li għal oħrajn huma magħluqa.

Propju dik ix-“xjenza” hija frott tat-“tagħlim tal-Ispirtu”, u tiddeċiedi l-awtentiċitàu l-għana kollha tal-ħajja spiritwali tagħkom fiha hemm miġbura bħas-sintesi tat-“tejoloġija” u tal-“ħajja għall-Ispirtu”, ikkonċentrata fil-misteru paskwali li  jixħet dawl ukoll fuq l-istudji tagħkom.

Għalhekk, jinħtieġ li tiffaċċjaw ix-xogħol – ta’ għalliema jew ta’ dawk li jitgħallmu – b’serjetà u b’sens ta’ responsabiltà.  Dan ifisser bosta ħwejjeġ: per eżempju l-użu tajjeb tal-ħin, billi tużaw, b’mod speċjali, il-bosta possibiltajiet li toffri l-bejt ta’ Ruma għar-riċerka personali, id-djalogu kulturali, il-bdil ta’ ideat, ta’ informazzjoni, ta’ esperjenzi fuq spettru ekkleżjali, internazzjonali u interkontinentali.

Ifisser ukoll l-impenn ta’ studju approfondit, metodiku, organiku, kemm fil-korsijiet fundamentali, kif ukoll f’dawk sprċjalizzati, skont il-programm u n-normi tal-kostituzzjoni apostolika “Sapientia Christiana” maħruġa fil-15 ta’ April 1979 u tan-normi applikattivi li jikkumpanjawha; dokumenti tassew importanti, li għall-applikazzjoni mħeġġa tagħha jiena ċert li kull wieħed irid jagħti l-kontribut ġeneruż tiegħu.

Serjetà u sens ta’ responsabilità jfissru mill-ġdid l-akkwist ta’ kompetenza rejali fis-suġġetti differenti, b’mod li jistgħu jwieġbu għall-esiġenzi kemm tax- xogħol xjentifiku u pastorali, ekumeniku, skolastiku, missjunarju, kif ukoll għal dawk tas-servizz li intom imsejħa biex tagħtu lill-Knejjes lokali u lill-Knisja universali, bħal ma hu mitlub mill-kostituzzjoni kkwotata (cf. Ġwanni Pawlu II, Sapientia Christiana, Prooem., III).

F’din iċ-ċirkostanza, feħsiebni niġbed l-attenzjoni tagħkom, għeżież moderaturi, professuri u studenti, dwar il-bżonn li tikkultivaw id-dixxiplini filosofiċi u tejoloġiċi, kemm fihom infushom, kif ukoll fil-konnessjoni tagħhom max-xjenzi antropoloġiċi u kosmoloġiċi, kif ukoll fir-rapporti mal-esperjenzi ħajjin tal-pastorali, tal-kultura, tad-drawwiet, tal-ħajja soċjali u politika ta’ żmienna. Din hija t-triq biex naslu li nħabbru l-verità evanġelika b’qawwa perswassiva fil-konfront bejn raġuni u fidi, b’metodu addattat u fi djalogu kustruttiv mal-bnedmin taż-żmien tagħna. Dan huwa s-sigriet biex insiru, f’livell kulturali u xjentifiku, imma wkoll pastorali u kateketiku, “melħ tal-art u dawl tad-dinja”.

4. L-Appostlu Pawlu ma jitkellimx biss dwar l-“Ispirtu tal-bniedem”, imma wkoll dwar l-“Ispirtu ta’ Alla”, li dwaru jiddikjara: “Aħna rċivejna l-Ispirtu ta’ Alla biex nagħrfu dak kollu li Alla rregalalna” (cf. 1Kor 2,11-12). Għall-Appostlu l-għarfien tal-verità mhuwiex biss frott tal-isforz uman: huwa hu wkoll – ui għall-verità tejoloġika, huwa fuq kollox – don mill-għoli, li jiġi milqugħ b’disponibiltà umli u, jkolli ngħid, b’adorazzjoni profonda u grata.

Tali don, ma jistax ikun apprezzat u milqugħ mill-“bniedem naturali” (1Kor 2,14), li jqis “ġenn” dak kollu li, fl-interpretazzjoni tiegħu u tad-dinja, imur ‘il hemm mill-metru tal-intelliġenza tiegħu. Għat-“tagħlim tal-Ispirtu” huwa minflok miftuħ il-“bniedem spiritwali”, li jistà jiddikjara mal-Appostlu: “Aħna għandna l-ħsieb ta’ Kristu” (1Kor 2,16),  “ħsieb” li għandu bħala ċentru tiegħu, bħal ma jippreċiża San Pawl fl-istess kuntest, il-misteru “assurd” tas-salib (cf. Kor 1,17ss; 2,2).

Għalhekk fir-riċerka tejoloġika jakkwista mportanza fundamentali t-talb, mifhum bħala prattika ta’ kuljum u bħala spirtu ta’ fidi u ta’ kontemplazzoni, li għandu jsir stat abitwali tal-ħajja tal-istudjuż nisrani. Dan huwa l-punt: il-verità tal-Mulej tiġi studjata b’rasna baxxuta; tiġi mgħallma u ppridkata fl-espansjoni tar-ruħ li temminha, tħobbha u tgħixha.

Għal dan hemm bżonn li spiss ngħollu t-talb li jittraduċi l-għażla tal-awtur tal-ktieb tal-Għerf: “Tlabt u ġie fija l-ispirtu tal-għerf. Ippreferejtu għal xettri u tronijiet, stmajt bħala xejn l-għana fil-konfront tiegħu…; ħabbejtu iktar mis-saħħa u mis-sbuħija: ippreferejt il-pussess tiegħu għall-istess dawl, għaliex l-isplendur li joħroġ minnu ma jinżel qatt” (Sap 7,7-8.10).

l-iskulari tax-xjenzi sagri u ta’ dawk li huma marbutin magħhom, għandhom jimpenjaw ruħhom f’din il-ħlewwa u fedeltà mal-Ispirtu ta’ Alla, bħall-missirijiet u l-għalliema l-kbar tal-Knisja, fosthom nieħu gost infakkar, illum, lil San Albertu l-Kbir, għaliex fil-15 ta’ Novembru li ġej jaħbat is-VII ċentinarju tal-mewt tiegħu

Dakinhar jien se nmur Cologne, biex nonora lil dan  il-filosfu u tejologu prominenit medjevali, li f’xoghlu xjentifiku għaraf jarmonizza l-kultura umana u l-għerf nisrani, propju għaliex kien jgħix fit-talb u l-meditazzjoni tal-veritajiet eterni biex iżomm ħajja f’qalbu l-fjamma tal-imħabba divina. Huwa ma ħasibhiex darbtejn biex jiddikjara: “Oratione et devotione plus acquiritur quam studio” (S. Tommaso, Summa Theologiae, Prol.). San Tumas, dixxiplu tiegħu, kien ukoll imitatur tiegħu f’dan il-kult tal-ħajja nterna u fil-prattika tal-orazzjoni.

5. Hawn huma l-impenji li għandkom quddiemkom, għeżież għalliema u student, fil-prospettiva ta’ din is-sena akkademika ġdida, li qeġhdin ninawguraw illejla fil-kuntest majjestuż ta’ din il-Bażilika, fejn jinsabu mgħassa l-fdal mortali tal-Appostlu Pietru. Mhuwiex jewwilla meħtieġ li kull wieħed minna jintefà jismà dak li qiegħda tissuggerilna l-kelma eterna ta’ Alla? Mhemmx raġuni forsi biex nirriflettu bi spirtu iktar ġentili u disponibbli, fix-xewqa li nikkorrispondu bl-aħjar mod possibbli għal dak li jistennew is-superjuri, dwar ħutna, dwar il-Knisja kollha?

Bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja universali, jiena hawn biex nitlob magħkom, biex insejjaħ l-inżul tal-Ispirtu Santu f’moħħkom u fi qlubkom, biex nitlob li hu jfawwarkom bil-glorja tad-dawl tiegħu u jassistikom bil-konsolazzjoni tas-sebà doni tiegħu fl-istudju u fl-apostolat tagħkom.

Għeżież żgħażagħ, inħoss il-ġenerożità tagħkom, naf li nistà nafda fuq il-ħila tagħkom ta’ impenn u fuq l-ispirtu tagħkom ta’ sagrifiċċju. Għalhekk waqt li nagħmlilkom l-awguri kordjali tiegħi għal sena skolastika serena u fruttuża, nirrakkomandalkom: studjaw u ġibu ruħkom b’mod li jagħti sodisfazzjon lill-aspirazzjonijiet tal-poplu nisrani, li wkoll fis-Sinodu tal-Isqfijiet esprimew ruħhom bosta drabi, b’mod speċjali fil-kliem kommoventi ta’ Madre Teresa ta’ Calcutta, li kienet qiegħda titlob lill-missirijiet sinodali sabiex jagħtu lill-komunitajiet insara saċerdoti qaddisin, appostli tal-verità u tal-imħabba.

U lilkom, għalliema u responsabbli tal- ħajja universitarja, nixtieq nikkonferma, ukoll f’din iċ-ċirkustanza, l-apprezzament għoli li għandi għad-dmir minnkom imwettaq fil-Knisja: missjoni sublimi din tagħkom! Imma wkoll missjoni partikolarment delikata u diffiċli, mhux biss minħabba l-mixjiet diffiċli tar-riċerka xjentifika li dwarha tridu tissugraw, imma wkoll għar-responsabiltà formattiva fil-konfronti ta’ tant żgħażagħ li jafdaw ruħhom għat-tmexxija tagħkom. Jalla ssostnikom l-fiduċja tal-Papa, li magħkom u għalikom titlob qrib l-altar ta’ Alla.

Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, li ġabritna l-lejla fil-kontemplazzjoni tal-profondità tal-kelma ta’ Alla, tikkonsolida l-għaqda intima tal-menti u tal-qlub, li għandha tkunilkom fost l-atenej ekkleżjastiċi ta’ Ruma fil-kors kollu tas-sena akkademika. Minkejja li mpenjati f’sedje diversi fl-approfondiment tal-oqsma distinti tar-riċerka skont metodi forsi differenti, ibqgħu fl-għaqda li tirriżulta mill-verità, li illum smajtu.

L-Ispirtu divin jinżel fuqkom ilkoll u bis-saħħa tad-demm ta’ Kristu jirrendikom skulari għorrief tal-verità u amministraturi tajbin tad-doni ta’ Alla.

“Intom id-dawl tad-dinja…
Intom il-melħ tal-art…
Ħa jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin”.
Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb