Il-Fehma tal-Papa għal April 2021

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jistieden lill-bnedmin ta’ rieda tajba sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu għal kull min jissogra ħajtu sabiex jiġġieled għad-drittijiet fundamentali fi stati li jinsabu taħt dittatorjat jew f’demokraziji li għaddejin minn xi kriżi.

Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb

Current Issues in Prayer 

Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa

Poster bil-Malti

Poster in English

Vidjo tal-Papa – April 2021

Il-Papa jistieden lill-bnedmin ta’ rieda tajba sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu għal kull min jissogra ħajtu sabiex jiġġieled għad-drittijiet fundamentali fi stati li jinsabu taħt dittatorjat jew f’demokraziji li għaddejin minn xi kriżi.

Min jaqbeż għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem jeħtieġ li jkun kuraġġuż u determinat.

Qed nirreferi għal min jitqabad kontra l-faqar, kontra inugwaljanza, kontra il-qagħad, kontra n-nuqqas tal-art u tal-akkamodazzjoni, favur kull min hu mċaħħad mid-drittijiet soċjali u tax-xogħol.

Spiss, fil-prattika, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem mhumiex l-istess għal kulħadd. Hemm nies tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet klassi u hemm dawk li ma jiswew xejn.

Le. Ħadd m’għandu dritt anqas minn ħaddieħor.

F’ċertu postijiet, min jiddefendi d-dinjità tan-nies għandu mnejn jispiċċa l-ħabs, kultant bla ma jgħaddi ġuri, jew jaqilgħu xniegħat fuqu.

Kull bniedem għandu d-dritt għal żvilupp sħiħ u dan id-dritt fundamentali m’għandu jkun imċaħħad minn l-ebda pajjiż.

Nitolbu għal kull min jissogra ħajtu jiġġieled għad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi taħt dittatorjat jew b’demokraziji fi kriżi, biex is-sagrifiċċju u l-ħidma tagħhom tħalli ħafna frott.

%d