Il-Vatikan iħabbar simpożju dwar it-teoloġija tas-saċerdozju
Il-Vatikan ħabbar ‘Simpożju Teoloġiku fuq il-Vokazzjonijiet’, mis-17-sad-19 ta’ Frar 2022 bl-isem ta’ ‘Lejn Teoloġija Fundamentali tas-Saċerdozju’. Is-simpożju se jkun dwar iċ-ċelibat tas-saċerdoti fir-rit Latin u s-saċerdozju tal-imgħammdin. Kull ġurnata se tiffoka fuq tema differenti: (i) It-Tradizzjoni u Orizzonti Ġodda, (ii) It-Trinità, Missjoni u Sagramentalità, (iii) Iċ-Ċelibat, il-Kariżma u l-Ispiritwalità.
Kardinali differenti se jippresjedu fuq ir-riflessjonijiet tal-laqgħat f’kull nofstanhar. Fil-proċess ta’ sinodalità li qed tippromwovi l-Knisja hemm bżonn kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-lajċi, is-saċerdoti u r-reliġjużi nisa u rġiel biex il-Vanġelu jitħabbar lid-dinja b’xhieda li tħajjar mill-komunitajiet insara.
Is-simpożju se jfittex li jiskopri viżjoni mġedda u mod kif jiġu valutati l-vokazzjonijiet kollha filwaqt li jiġi rispettat dak li hu speċifiku f’kull vokazzjoni minnhom.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea