Frak tad-deheb Nru 1
Kulħadd ifittex l-ferħ. Ħafna ma jsibuhx għax ifittxuh fil-postijiet jew f’oġġetti żbaljati. Min jaf kieku naraw x’jgħidu xi ftit mill-esperti:
- Il-ferħ jikkonsisti f’attivita’ – hu ilma ġieri mhux ilma qiegħed John Mason Good
- Bniedem tassew ferħan issibu jibni dgħajsa, jikteb sinfonija, jeduka ‘l uliedu, iħawwel il-fjuri jew ifittex il-bajd tad-dinosawri W. Beran Wolfe
- L-aqwa mediċina għall-inkwiet, dipressjoni, melankonija jew li toqgħod timmormra hi li tipprova sserraħ lil ħaddieħor minn dawn l-istess sintomi Arnold Bennet
- Ħaġa waħda naf: l-uniċi fostkom li se jkunu tassew ferħana huma dawk li jkunu fittxew u sabu kif iservu Dr Albert Schweitzer
- Il-kurżita’ hija l-akbar garanzija ċerta biex tgawdi l-ħajja. Hemm bżonn urġenti biex ma tħallix dil-kurżita’ tonqos fik inti u tikber Compton Mackenzie
- Il-ferħ hu fwieħa li ma tistax troxxha fuq ħaddieħor bla ma jaqa’ xi ftit qtar fuqek Ralph Waldo Emerson
- L-iktar nies ferħana huma dawk li jaħsbu ħsibijiet l-aktar interessanti. Huma dawk li jħobbu mużika tajba, kotba tajbin, films sbieħ, kumpanija tajba u konverżazzjoni mqanqla. U mhux biss ikunu ferħana huma, imma jkunu l-kawża ta’ ferħ fl-oħrajn William Lyon Phelps
- Henjin il-fqar fl-ispirtu għax tagħhom hi s-Salta tas-Smewwiet Ġesu Kristu
Minn Edward Tagliaferro