Il-Knisja jinbnew djar wara l-għargħar

Il-Knisja tat-Timor-Leste tgħin biex jerġgħu jinbnew djar wara l-għargħar li ħakem iz-zona.

Il-Knisja Kattolika fit-Timor-Leste (li qabel kienet it-Timor tal-Lvant), qed taħdem mal-gvern biex tgħin fit-tiswija ta’ djar li ġarbu ħsarat minħabba l-għargħar li laqat il-pajjiż xahar ilu. F’dan l-għargħar tilfu ħajjithom aktar minn 40 ruħ u eluf kienu mġiegħla jaħarbu għar-raġunijiet ta’ sigurtà. Dan l-għargħar seħħ minħabba xita qawwija li laqtet liz-zona bejn id-29 ta’ Marzu u l-4 t’April.

Patri Leandro Maria Alves, segretarju eżekuttiv tal-Konferenza Episkopali tal-Kattoliċi ta’ Timor (CET), qal li l-isforz qed isir direttament kemm mill-konferenza kif ukoll minn istituzzjonijiet oħra tal-Knisja. Huwa qal li s-CET ma bnietx djar kompluti, iżda għenet biex tixtri tagħmir għall-bini. “S’issa, skond il-fondi disponibbli, nistgħu nimmiraw biss li nallokaw fondi ta’ għajnuna għal madwar 15-il dar,” huwa qal lil aġenzija tal-aħbarijiet.

Sadanittant, il-fergħa soċjali tal-Knisja, l-Caritas, qed timmira biex tgħin fil-bini ta’ 58 dar, li minnhom 10 ġarrbu ħsara kbira, 23 ħsara moderata u 25 għandhom ftit ħsarat. Patri Alves qal li l-isforz kien parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-isqfijiet biex jakkumpanjaw lill-vittmi tal-għargħar fi żminijiet diffiċli li qed jaffaċċjaw.

Fr Alves irrimarka li mill-għargħar, Mons. Virgilio Do Carmo Da Silva, l-Arċisqof ta’ Dili, għen lill-vittimi, billi personalment qassam l-għajnuna. Il-Konferenza tal-Isqfijiet qed tkompli tipprovdi għajnuna loġistika għall-vittmi. L-Uffiċjal tas-CET irrimarka li b’madwar $ 50,000 li allokaw, laħqu 15,000 persuna f’għajnuniet t’ikel, ħwejjeġ u affarijiet essenzjali oħra. Minbarra fondi ta’ CET, huma kisbu wkoll fondi minn donaturi, fosthom Timoriżo li jaħdmu barra mill-pajjiż.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-05/timor-leste-catholic-church-caritas-rebuild-homes.html