Il-Papa jitlob għaċ-ċittadini ta’ Goma mhedda minn vulkan

Il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd talab għal talb għaċ-ċittadini ta’ Goma, belt popolata fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, mhedda mill-eruzzjoni f’daqqa ta’ vulkan.

“Ejjew nitolbu għall-popolazzjoni fil-belt ta’ Goma, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li hija mġiegħla taħrab minħabba l-eruzzjoni tal-Vulkan Nyiragongo,” qal il-Papa waqt li tkellem mal-fidili miġbura fi Pjazza San Pietru għar-Regina Coeli tall-Ħadd ta’ Pentekoste.

Goma spiċċat f’paniku, meta nhar is-Sibt filgħaxija hekk kif il-Muntanja Nyiragongo faqqgħet, u bagħtet ħajt ta’ lava oranġjo ‘l isfel lejn il-belt ta’ madwar 2 miljun ruħ. Eluf ħarbu bil-mixi bl-affarijiet tagħhom, xi wħud lejn il-fruntiera fil-qrib mar-Rwanda.

Madankollu l-fluss jidher li waqaf ftit ‘il bogħod mill-belt ewlenija ta’ Goma.

Residenti f’xi wħud mid-distretti affettwati ssortjaw mill-fdalijiet maqlugħa ta’ soqfa tal-landa fi sforzi ndividwali ċkejkna f’dik li x’aktarx tkun kampanja ta’ xhur biex tirrestawra ż-żona. Għada mhiex magħrufa jekk miet xi ħadd, jew kemm kienet mifruxa l-ħsara materjali.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2021-05/pope-regina-coeli-appeal-goma-drc-volcano-prayers.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.