Inkuraġġiment mill-Papa lill-ġurnalisti tal-Vatikan

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju l-Papa Franġisku għamel l-ewwel żjara tiegħu lill-istazzjon tar-Radju tal-Vatikan u lill-uffiċċji tal-Osservatore Romano, li hu l-ġurnal ta’ kuljum tal-istat tal-Vatikan. Iż-żjara saret fl-okkażjoni tad-90 anniversarju tar-radju u l-160 anniversarju tal-Osservatore Romano. Il-Papa ġie ppreżentat b’xi edizzjonijiet tal-Osservatore Romano b’diversi lingwi. Fl-uffiċċju tal-multimedia tar-Radju tal-Vatikan ġiet spjegata l-ħidma li ssir minn dan id-dipartiment tekniku tar-radju.

Il-Papa ltaqa mal-ġurnalisti u nkuraġġihom biex jaħdmu flimkien u b’mod effiċjenti. Għalkemm id-dikasteru tal-komunikazzjoni tal-Vatikan jiswa lill-Knisja aktar mill-ispiża tal-ambaxxati kollha li l-Vatikan għandu mad-dinja, hemm bżonn aktar ħeġġa biex din il-komunikazzjoni tkun effettiva u tilħaq iktar pubbliku.

Il-Papa għadda ftit ħin ta’ talb fil-kappella tal-kumpless.

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/pope-francis-vatican-radio-osservatore-romano-visit-palazzo-pio.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: