Ġwanni Pawlu II lill-Morda

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL-MORDA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru, 11 ta’ Frar 1981

1. “Imbierka fost in-nisa, u mbierek il-frott ta’ ġufek” (Lq 1,42). Il-kliem li Eliżabetta tindirizza lill-Verġni Santissma fil-jum tal-viżitazzjoni jitilgħu spontanjament fuq xuftejna waqt li, miġbura f’komunjoni ta’ fidi u ta’ mħabba madwar l-altar ta’ Ktristu, nixhdu r-rikonoxxenza tagħna lill-Omm celesti għal dak li Hi għamlet u tkompli tagħmel f’dik il-“via sagra spiritwali” tad-dinja moderna, li hija l-belt ta’ Lourdes.

Nixtieq qabel xejn nindirizza t-tislima kordjali tiegħi lil dawk li ntervenew għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, promossa mill-Opra Rumana Pellegrinaġġi u mill-Unitalsi. B’mod speċjali t-tislima tiegħi tmur għas-Sinjur Kardinal, għall-Isqfijiet, għas-Saċerdoti li jippromwovu, bl-għajnuna tal-lajċi voluntiera, din il-formsa tant meritevoli ta’ pastorali; u mbagħad għal dawk li marru f’pellegrinaġġ Lourdes u li l-lejla għoġobhom isibu ruħhom f’din il-Bażilika, kważi biex jgħixu mill-ġdid l-emozzjonijiet indimentikabbli li ħassew f’dak il-post ta’ grazzja. Insellem lill-morda, li huma l-mistiedna privileġġjati ta’ din il-laqgħa ta’ talb. Magħhom insellem lil dawk li tant b’mod ġeneruż offrew ruħhom biex jassikuraw l-assistenza meħtieġa; u, imbagħad, lil dawk kollha li qegħdin jieħdu sehem f’din l-Ewkaristija biex jesprimu d-devozzjoni tagħhom lejn il-Verġni u biex juru, ukoll is-solidarjetà lejn l-aħwa sofferenti.

2. Marija hija spiritwalment preżenti f’nofsna: smajna terġà tirbombja l-vuċi fil-paġna evanġelika imxandra ftit ilu. Aħna nħarsu lejha bl-istess għajnejn li bihom ħarset lejha Eliżabetta, meta lemħitha tasal b’pass imgħaġġel u semgħet il-leħen ta’ tislimietha: “Hekk kif il-leħen ta’ tislimietek wasal f’widnejja, it-tarbija qabżet bil-ferħ f’ġufi” (Lq 1,44).

Kif nistgħu ma nilqgħux din l-ewwel stedina għar-riflessjoni? L-eċċitament ta’ ferħ ta’ Eliżabetta jenfasizza id-don li jistà jkun hemm magħluq ġo sempliċi tislima, meta din titlaq minn qalb mimlija b’Alla. Kemm drabi d-dlam tas-solitudni, li jagħfas ir-ruħ, jistà jkun imċarrat mir-raġġ luminuż ta’ tbissima u ta’ kelma ġentili!

Kelma tajba tingħad malajr; bdanakollu kultant jinħass diffiċli li wieħed jgħidha. Iżżommna l-għejja, ifixkluna l-preokkupazzjonijiet, iżommna sentiment ta’ bruda jew ta’ indifferenza egoistika. Hekk jiġri li ngħaddu msġemb persuni li minkejja li nafuhom, bla ma nħarsu lejn wiċċhom u mingħajr ma nintebħu kemm spiss huma jkunu qegħdin ibatu minn dik il-piena rqiqa, konsumista, li tiġi mill-fatt li jħossuhom injorati. Biżżejjed kelma kordjali, ġest ta’ mħabba u minnufih xi ħaġa terġà tħeġġeġ fihom: sinjal ta’ attenzjoni u ta’ korteżija jistà jkun żiffa ta’ arja friska fl-għeluq ta’ eżistenza, maħqura mid-dwejjaq u minn nuqqas ta’ kuraġġ. It-tislima ta’ Marija timla bil-ferħ il-qalb tax-xwejħa kuġina Eliżabetta.

3. “Imbierka dik li emmnet fit-twettiq ta’ kelmet il-Mulej” (Lq 1,45). Hekk qalet Eliżabetta, waqt li wieġbet għat-tislima tal-Madonna. Dan huwa kliem imlissen mill-Ispirtu Santu (cf. Lq 1,41). Dan iħeġġeġ il-virtù ewlenija ta’ Marija: il-fidi.  Is-Santi Padri tal-Knisja waqfu jirriflettu fuq is-sinifikat ta’ tali virtù fil-ġrajja spiritwali tal-Verġni u ma ħasbuhiex darbtejn jesprimu valutazzjoni, li għalina tistà tidher sorprendenti. Biżżejjed nikkwotaw għal kulħadd lil Santu Wistin: “Ir-relazzjoni tagħha ta’ omm ma kienet tqanqal ebda benefiċċju lil Marija, li kieku  Hija ma ġarritx b’mod iktar għani lil Kristu f’qalbha milli f’ġisimha  ” (Santu Wistin, De sancta Virginitate, 3, 3).

Il-fidi tippermetti lil Marija li titfaċċa bla ebda biżà fuq l-abbiss inesplorat tal-pjan feddej ta’ Alla: ma kienx faċli temmen li Alla setà “jagħmel lilu nnifsu laħam” u jiġi biex “jgħammar f’nofsna” (cf. Ġw 1,14), li Hu jiġifieri ried jaħbi lilu nnifsu fl-insinifikanza ta’ kuljum tagħna, billi jilbes bid-dgħufija umana tagħna, suġġetta għal tant kondizzjonamenti u hekk umiljanti. Marija ssugrat temmen f’dan il-proġett “impossibbli”, afdat fl-Omnipotenti u saret il-koperatriċi ewlenija ta’ dik l-inizjattiva divina meraviljuża, li fetħet mill-ġdid l-istorja tagħna tat-tama..

In-nisrani wkoll huwa msejjaħ għal atteġjament simili ta’ fidi, li jwasslu biex iħares b’mod qalbieni “’il hemm” mill-possibiltajiet u mil-limitu tal-ġrajja purament uman. Huwa jaf li jistà jorbot fuq Alla, li, biex jasserixxi il-libertà sovrana propja fil-konfront tal-kondizzjonamenti umani, spiss jagħżel dak li fid-dinja huwa dgħajjef u ddisprezzat biex jikkonfondi lill-għorrief u l-qawwija, “għaliex ebda bniedem ma jistà jiftaħar quddiem Alla” (1Kor 1,29).

Fl-istorja billenarja tal-Knisja jistgħu jiġu kkwotati konfermi sensazzjonali ta’ dan l-aġir singolari ta’ Alla li jkompli jħalli mħawda lil dawk li jfittxu spjegazzjonijiet sempliċement umani għall-pjanijiet tal-Providenza. Basta nikkwotaw biss isem Bernardetta. Imma bla paragun iktar numerużi huma l-ġrajjiet, li l-importanza soċjali tagħhom tibqà għalissa moħbija: hija l-massa sterminata  tal-erwieħ li għaddew l-eżistenza tagħhom billi qattgħuha fl-anonimat ta’ darhom, tal-fabbrika, tal-uffiċċju; li kkonsmaw lilhom infushom fis-solitudni oranti tal-monasteru; li issagrifikaw ruħhom  fil-martirju ta’ kuljum tal-mard. Tiġi r-rivelazzjoni tal-“Parusia” li allura tidher bħala rwol deċiżiv li huma wettqu, minkejja l-apparenzi kontrarji, fl-iżviluppi tal-istorja tad-dinja.

U jkun dan ukoll mottiv ta’ ferħ għall-imberkin, li minnu jqanqlu argument ta’ tifħir bla limitu lil Alla tliet darbiet qaddis.

4. Tidwiq antiċipat ta’ tali ferħ huwa konċess diġa minn hawn isfel liċ-“ckejknin”, li lilhom il-Missier jiżvela l-pjanijiet tiegħu (cf. Mt 11,25). Marija tmexxi l-iskjerament ta’ dawn iċ-“ċkejknin”, li għandhom f’qalbhom l-għerf ta’ Alla. Għal dan Hija setgħet tippronunzja quddiem Eliżabetta il-kantiku tal-“Magnificat”,li jibqà tul is-sekli l-espressjoni l-iktar pura tal-ferħ ibaqbaq f’kull ruħ fidila.
Huwa l-ferħ li jitqanqal mill-istagħġib għall-qawwa omnipotenti ta’ Alla, li jistà jippermetti li jwettaq “ħwejjeġ kbar” minkejja n-nuqqas ta’ xerqa tal-istrumenti umani (cf. Lq 1,47-49). Huwa l-ferħ għall-ġustizzja superjuri ta’ Alla, li “niżżel il-qawwija minn fuq it-tron tagħhom, li għolla lill-umli; li mela bil-ġid lil min hu bil-ġuħ, li bagħat b’idejhom vojta lill-għonja” (Lq 1,52s). Huwa, fl-aħħarnett, il-ferħ għall-ħniena ta’ Alla li, fidil għall-wegħdiet tiegħu, jiġbor taħt ġwienħu tal-imħabba lill-ulied Abraham, “minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni”, billi jgħinhom fi kwalunkwè bżonn (cf. Lq 1,50.54-55).

Dan il-kantiku ta’ Marija. Huwa għandu jsir il-kantiku ta’ kuljum ta’ ħajjitna: mhemmx infatti sitwazzjoni umana li ma tistax issib hemm interpretazzjoni adegwata. Il-Verġni tippronunzjah waqt li fuq l-ispirtu tagħha qegħdin jinġabru l-interrogattivi dwar ir-rejazzjoni tal-għarus, li għadu ma jafx bl-intervent divin, u fuq kollox l-interrogattivi dwar il-futur ta’ dan l-Iben, li fuqu qiegħed jagħfas kliem profetiku inkwetanti (cf. Is 53).

5. Nistgħu nkantaw il-“Magnificat” b’eżultanza interna tal-ispirtu, jekk infittxu li jkollna fina s-sentimenti ta’ Marija: il-fidi tagħha. L-umiltà tagħha, l-onestà tagħha. Hemm espressjoni sabiħa ta Ambroġ, li biha l-Isqof qaddis ta’ Milan propju għal dan iħeġġiġna: “Jalla f’kull wieħed minnkom – huwa jgħid – ir-ruħ ta’ Marija biex tfaħħar lill-Mulej, tkun f’kull wieħed l-ispirtu ta’ Marija biex tifraħ f’Alla; jekk skont il-ġisem waħda hija l-Omm ta’ Kristu, skont il-fidi l-erwieħ kollha jiġġeneraw lil Kristu; kull waħda infatti tilqà fiha l-Verb ta’ Alla, dement, li żżomm ruħha bla tebgħa u ħielsa mid-dnub, tgħasses b’deċenza ċara l-kastità” (Sant’Ambroġ Expos. Ev. sec. Lucam, II, 26).

Hawn hu, għeżież ħuti, dak li riedet tgħidilna l-lejla l-Madonna. Jekk nafu nisimgħu leħinha, Hija ttenni għalina, miġburin madwar l-altar ta’ Binha, il-kliem li smajna fl-ewwel qari: “Bhal ma Omm issabbar lil binha, hekk jien insabbar lilkom. F’Ġerusalem tkunu msabbra” (Iż 66,13).

Aħna nafu dwar liema Ġerusalem qiegħed jitkellem: din hija l-Ġerusalem ta’ “hemm fuq” (Gal 4,26), li Ġwanni ra “nieżla mis-sema, mingħand Alla, lesta bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha” (Ap 21,2). Lejn tali Ġerusalem jogħlew għajnejna, lejha xxaqleb it-tama tagħna, għaliex fiha titwettaq finalment il-wegħda profetika, li mill-ġdid għal darb’oħra smajna: “L-għadam tagħkom ikun prosperużi bħall-ħaxix frisk. Id il-Mulej turi ruħha lill-qaddejja tiegħu” (Iż 66,14).

Fl-istennija ta’ din il-manifestazzjoni suprema ta’ “Id il-Mulej”, aħna sadattant inkomplu l-mixja tagħna fuq il-mogħdija li, jum wara jum, il-Providenza divina tiftħilna quddiemna. Għandna magħna l-“ħobż tal-pellegrini”, is-Sagrament tal-Ġisem u tad-Demm ta’ Kristu, li joffrilna ruħu bħala sors ineżawribbli, li minnu niksbu qawwa, serenità, fiduċja f’kull waqt tal-eżistenza. “Tu qui euncta scis et vales” – aħna nirrepetuh bi transport – “qui nos paseis hie mortales; tuos ibi commensales, coheredes et sodales fac sanctorum civium”. Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: