60 sena mill-bidu tal-ħajt infami ta’ Berlin

Print Friendly, PDF & Email

Fit-13 ta’ Awwissu 1961 beda l-bini tal-ħajt ta’ Berlin

Sittin sena ilu, meta l-Knisja Kattolika kienet qed tħejji biex tlaqqa flimkien 2,500 isqof mid-dinja kollha fil-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, fl-Ewropa nfisha beda jinbena l-ħajt infami ta’ Berlin li mhux qasam il-belt ta’ Berlin u l-Ġermanja fi tnejn, imma wkoll fired bosta mill-maħbubin tagħhom u saħansitra ħaddiema mill-post tax-xogħol fejn kien jaqilgħu l-għajxien għalihom u għall-familji tagħhom.

Wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija, ir-Renju Unit, flimkien mal-Istati Uniti, Franza u l-Unjoni Sovjetika ħatfu l-okkażjoni u bl-iskuża tal-biża’ minn theddida ġdida Nażista, okkupaw il-Ġermanja bejniethom billi qasmuha f’erba’ żoni, kull waħda minnhom taħt it-tmexxija rispettiva ta’ xi pajjiż minnhom.

Bosta minn dawk li kienu jgħixu fil-Ġermanja tal-Lvant u li kienet ġiet taħt it-tmexxija tal-Unjoni Sovjetika bdew jaqsmu lejn il-Punent u għalhekk fit-13 ta’ Awwissu 1961, ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, dik taħt ir-reġim Komunista, bdiet tibni l-ħajt infami ta’ Berlin; suppost biex dan iħares lill-poplu kontra l-elementi Faxxisti tal-Punent. Il-verità kienet biex ma jħallix lil dawk taħt tmexxija Sovjetika milli jaqsmu għan-naħa l-oħra.

Imma x’kien il-ħajt ta’ Berlin u għaliex imsejjaħ infami? Ara dan id-dokumentarju, History Of Berlin Wall 

Fittex aktar fit-taqsima tal-Aħbarijiet tal-Laikos …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: