Il-Fehma tal-Papa għal Settembru 2021: Stil ta’ ħajja li jżomm l-ambjent sostenibbli
Matul ix-xahar ta’ Settembru 2021, il-Papa Franġisku jistieden lill-bnedmin ta’ rieda tajba sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu sabiex ilkoll kemm aħna nagħmlu għażliet kuraġġużi għal stil ta’ ħajja sempliċi u favur ambjent sostenibbli, filwaqt li nifirħu biż-żgħażagħ tagħna li qed jimpenjaw ruħhom b’mod determinat favur l-ambjent.
“Qalbi timtela bil-ferħ x’ħin nara kemm żgħażagħ jidħlu b’kuraġġ għal proġetti li jtejbu l-ambjent naturali u soċjali għax it-tnejn imorru flimkien.
“Aħna l-kbar għandna ħafna x’nitgħallmu minnhom għax, f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-għożża tad-dinja tagħna, iż-żgħażagħ tagħna huma minn ta’ quddiem.
“Ejjew nieħdu vantaġġ mill-eżempju tagħhom u nirriflettu fuq l-istil ta’ ħajjitna, l-aktar f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi tas-saħħa u tal-kundizzjonijiet soċjali u ambjentali.
“Ejjew nirriflettu dwar dak li nieklu u nonfqu, il-vjaġġi li nagħmlu, il-mod ta’ kif nużaw l-ilma, l-enerġija, il-plastik u l-ħwejjeġ l-oħra materjali, li spiss qed ikunu ta’ ħsara għad-dinja tagħna.
“Ejjew nagħżlu li nibdlu. Ejjew nimxu ‘l quddiem maż-żgħażagħ lejn stili ta’ ħajja aktar sempliċi u jkollna rispett akbar lejn l-ambjent.
“Nitolbu biex ilkoll nagħmlu għażliet kuraġġużi għal stil ta’ ħajja sempliċi u favur ambjent sostenibbli, ispirati miż-żgħażagħ tagħna li ntefgħu b’ruħhom u ġisimhom favur din il-kawża. M’humiex boloh għax b’hekk qed jimpenjaw ruħhom għall-futur tagħhom. Jafu li hemm bżonn ibiddlu l-wirt li se jkollhom fiż-żmien li ġej meta aħna ma nkunux hawn.“
Ara aktar dettalji mil-links ta’ hawn taħt:
Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa
Messaġġ tal-Papa għal Settembru 2021 bla sotto-titoli
Aktar mill-Papa Franġisku …
L-Enċiklika tal-Papa Franġisku fuq id-dar komuni tagħna …