Nhar is-Sibt li għadda, 18 ta’ Settembru 2021, għadd sabiħ ta’ animaturi tal-gruppi tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-Knisja f’Għawdex, flimkien ma’ membri tal-pastoral teams fl-iskejjel tal-Knisja u l-Istat f’Għawdex, attendew għal Seminar bl-isem Navis: Seek to find, organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana taż-Żgħażagħ (Għawdex) f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Djoċesana tal-Pastorali Skolastika, fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ NTYC, in-Nadur.
Is-seminar ġie indirizzat minn Dun Richard N. Farrugia, Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex, kif ukoll mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma. Kien hemm ukoll mumenti ta’ kondiviżjoni dwar x’inhuma l-bżonnijiet li qed iħossu dawk li jaħdmu fil-Pastorali taż-Żgħażagħ.

Dun Mark Bonello, Delegat tal-Isqof għall-Pastorali taż-Żgħażagħ, fl-aħħar tas-seminar ippreżenta tliet sussidji mħejjija mill-Kummissjoni b’riżorsi dwar il-Kmandamenti, is-Sagramenti u l-Beatitudnijiet, li jistgħu jintużaw ma’ gruppi ta’ etajiet differenti.
Ara t-test tar-riflessjoni tal-Isqof Anton Tuema.
Ritratti Djoċesi ta’ Għawdex / Luke Galea