L-abbużi fil-Knisja u l-impatt fuq il-fidi

Print Friendly, PDF & Email

L-ABBUŻI SESSWALI FIL-KNISJA GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-FIDI

Bejn id-19 u t-22 ta’ Settembru saret konferenza f’Warsaw, il-Polonja, dwar l-impatt teoloġiku tal-abbużi sesswali fuq minuri minn membri tal-Knisja. Ħadu sehem 80 rappreżentanti ta’ madwar 20 pajjiżi mil-Lvant u miċ-Ċentru tal-Ewropa.

L-iskop tal-konferenza kien għal aktar għarfien dwar l-impatt teoloġiku fejn jidħlu l-abbużi sesswali u kif il-Knisja trid timxi ‘l quddiem ħalli tipproteġi lill-membri l-aktar vulnerabbli tagħha.

Diskors importanti kien dak tal-professur Fr Grzegorz Strzelczyk, il-promutur tal-konferenza, fil-bidu tal-konferenza. Qan: “It-teoloġija trid tidħol iktar fid-diskussjoni biex tinfthiehem iktar il-kruha tal-abbużi sesswali. Il-fidi għandha impatt dirett fuq l-effetti spiritwali u psikoloġiċi fuq dawk li ġew milquta”.

Fr Strzelczyk semma li: “Aħna s-saċerdoti niftakru ż-żmien meta qassis kien jieqaf minn dak kollu li jkun qed jagħmel, anke meta qiegħed waqt il-mejda, għax hemm xi ħadd qed iħabbat fuq il-bieb tiegħu. Il-kriżi tal-abbużi turi li l-Knisja tilfet dan is-sens ta’ qadi. Il-fidi tidħol fil-kriżi għax tispiċċa l-kredibbilta’ ta’ min hu xhieda. L-iskandli jwasslu għal nuqqas ta’ fiduċja.”

“Fl-istess ħin”, qal Fr Strzelczyk, “it-teoloġija għanda rwol importanti ieħor, minħabba li l-abbuż jimplika li hemm elementi mhux daqshekk tajba ta’ teoloġija, l-aktar dwar is-Sagrament tal-Ordni Sagri.”

Fr. Strzelczyk fakkar li bl-istess natura tagħha, il-Knisja hi komunità li hi miexja fit-triq tal-konverżjoni. Element essenzjali ta’ din it-triq hi ċ-ċelebrazzjoni bl-aħjar mod tal-Qrar, li ġġib trasformazzjoni awtentika tal-ministri tal-Knisja u tal-istrutturi tagħha.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading