Fid-Djoċesi ta’ Għawdex
[soundcloud url=” https://soundcloud.com/user-1315623/tlb_sp_gozo_2021_2022″ params=”auto_play=false&hide_related=false&visual=false” width=”100%” height=”140″ iframe=”true” /]
U baqa’ miexi magħhom …
X’intom tgħidu bejnietkom?
O Alla tagħna,
inroddulek ħajr għar-rigal ta’ dan iż-żmien li qed tagħtina.
Għinna nagħrfu li int Missier mimli ħniena u li aħna wliedek il-maħbuba.
Int tassew tieħu ħsiebna:
tħalliniex inħossuna minsija minnek meta nersqu lejk ħerqana nitolbuk tgħinna.
Int tilqagħna kif aħna:
tħalliniex inħossuk ’il bogħod minna meta nagħrfu kemm aħna dgħajfa u nsibuha bi tqila biex naċċettaw lilna nfusna.
Int taħfrilna kull ħtija:
tħalliniex inħossuk inkurlat għalina imma lanqas li naslu biex nitilfu kull sens ta’ dnub.
Int tħobbna bi mħabba kbira:
tħalliniex ninfirdu bejnietna minħabba pika, għira u mibegħda.
Int bgħatt lill-istess Ibnek biex isir bniedem bħalna:
tħalliniex niddisprezzaw lil xi ħadd jew lil xi wħud minn ħutna u nqisuhom inqas minna.
Int bgħatt lil Ibnek biex imut għalina:
tħalliniex infittxu l-ewwel l-interessi tagħna jew tal-familja tagħna.
Int bgħatt fuqna l-Ispirtu s-Santu li daħħalna fil-Knisja:
tħalliniex ningannaw irwieħna u naħsbu li nistgħu nemmnu fik jew niltaqgħu miegħek mingħajr komunità li temmen.
Ġesù Ibnek tana lil Ommu Marija bħala ommna:
agħtina li nisimgħu tidwi f’widnejna, f’moħħna u f’qalbna l-istedina tagħha: “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu”. Ammen.