Meta wieħed jifli sew ir-Regola, dlonk jintebaħ li San Benedittu, ħoloq dixxiplina ta’ ħajja li jekk imħarsa tajjeb għadha valida sal-lum.
Huwa organizza lill-Komunità fdata lilu bi stil purament personali, anki jekk f’għemilu u minn dak li jesiġi mid-dixxipli tidher trasparenti l-esperjenza spiritwali personali tiegħu bbażata fuq it-tagħrif sħiħ u profond li huwa kellu tal-Kotba Mqaddsa.
Ara r-Regola ta’ San Benedittu bil-Malti …
Mhux faċli taqsam ir-Regola, imma, biex kulħadd jifhem nistgħu nippruvaw naqsmuha fi tliet sezzjonijiet.
1. Sezzjoni “duttrinali/spiritwali”
2. Sezzjoni “organizzattiva” tal-ħajja fil-Komunità
3. Sezzjoni qasira dwar “l-Idejal Benedittin”
Ara r-Regla ta’ San Benedittu bil-Malti …
Verżjoni bil-Malti b’ħajr lill-Badessa tal-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini fl-Imdina tal-permess biex din titqiegħedd fuq il-Laikos .
Lis-Sur Joe Flask tat-traduzzjoni u l-kummenti tiegħu.
Lil Ms Myriam Buttigieg tat-typing li għamel għal-Laikos