7. Il-mistiċi huma nies tal-imgħoddi?

Print Friendly, PDF & Email

Meta nduru l-ismijiet tal-mistiċi, ikollna t-tendenza li nterrqu lura f’ambjenti ta’ żmien ilu. Imma dan jgħodd biss għall-mistiċi li nikkwalifikaw bħala kbar, għax hemm mistiċi oħra li huma ta’ epoka iktar qrib tagħna.

Mistiċi li għexu ħafna żmien ilu għandhom ħafna x’jgħidulna. Inqisuhom bħala klassiċi u l-kitbiet li wasslulna għandhom importanza kbira anke storikament. Li jkollna bżonn dwar il-mistiċi ta’ żmienna hu li nidentifikawhom, xi ħaġa li s-sorsi ta’ tagħrif tal-lum jagħmluhielna possibbli. Li jkollna bżonn ħu li niddedikaw ftit ħin għal dan it-tiftix.

Mela l-mistiċiżmu m’huwiex xjenza li tappartjeni għall-imgħoddi għax dejjem hemm ħolqien ġdid, li jiftaħ din l-ispiritwalità għal kull żmien. Jistgħu jkunu mistiċi fil-mod tagħhom kull raġel u mara li jieħdu sehem fil-misteru ta’ Kristu.

Min ma jafx b’Edith Stein (1891-1942), ta’ familja Lhudija li 42 sena daħlet mal-Karmelitani u nqatlet fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz fl-1942?. Illum hi Santa Teresa Benedetta tas-Salib. U b’Robert Schuman (1886-1963), mil-Lussemburgu, missier il-Komunità Ewropea. Lil Santa Tereża ta’ Kalkutta (1910-1997), magħrufa għall-għażla tal-fqar wara esperjenza spiritwalità intensa. Il-Papa San Pawlu VI (1910-1997) hu wkoll f’din il-kategorija għall-kontribut li ta lill-Knisja fi żmien diffiċli.

Robert Schuman u Alcide de Gaspari

Jeżistu, għalkemm mhux magħrufa, mistiċi oħrajn li nistgħu nitħajru nfittxu dwarhom. Hi interessanti l-ħajja ta’ Maurice Zundel, teologu u mistiku Zvizzru (1897-1975) li għex f’faqar estrem fuq l-eżempju ta’ San Franġisk t’Assisi tant li jsejħulu l-“qassis ħafi”. U l-beatu Franċiż Père Marie-Eugene (1894-1967). Minn suldat fl-ewwel gwerra dinjija għal reliġjuż fl-Ordni Karmelitan, hu l-fundatur tal-Istitut ta’ Notre Dame de Vie.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.