Kors b’esperjenza prattika fil-gruppi taż-żgħażagħ

Print Friendly, PDF & Email

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed joffri l‑kors ta’ ‘Adolescent and Youth Ministry’ li se jkun qed jindirizza l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom ż‑żgħażagħ illum. Dan il‑kors, li se jibda fit‑30 ta’ Ottubru, huwa mmirat għal dawk li jaħdmu jew jixtiequ jaħdmu mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ.

Minn din is‑sena, il‑kors ser joffri spazju għal esperjenzi prattiċi fil‑gruppi taż‑żgħażagħ u kull parteċipant se jkun akkumpanjat minn mentor. It‑teorija u l‑esperjenza prattika ser jgħinu lill‑individwu jiżviluppa l‑ħiliet tiegħu bħala youth leader filwaqt li jiltaqa’ mad‑diversità ta’ kariżmi fil‑gruppi u l-movimenti fil‑Knisja f’Malta.

Matul din is‑sena akkademika, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed joffri tmien korsijiet fosthom ‘Family Ministry’, ‘Pastoral Care in Schools’, u ‘The Way of Beauty: Discovering Faith Through Art’.

L‑Istitut twaqqaf fl‑2005 biex iwieġeb għas‑sejħa li ħarġet mis‑Sinodu Djoċesan sabiex tingħata formazzjoni lill‑Insara li jixtiequ jinżlu aktar fil‑fond fl‑għarfien tal‑fidi u jagħtu kontribut aħjar fil‑Knisja u fis‑soċjetà.

Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet tinkiseb minn pfi.edu.mt.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply