Ġwanni Pawlu II f’Ħadd il-Palm

Print Friendly, PDF & Email

ĊELEBRAZJONI TA’ ĦADD IL-PALM
U TAL-PASSJONI TAL-MULEJ
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Pjazza S. Pietru
12 ta’ April 1981

  1. Għaliex Ġesù ried jidħol Ġerusalem fuq felu ta’ ħmar?

Għaliex Ħadd il-Palm jinsab fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, li hija l-Ġimgħa tal-Passjoni tal-Mulej?

It-tweġiba li jagħti għal din id-domanda l-Vanġelu ta’ San Mattew hija sempliċi: “Sabiex jitwettaq dak li kien imħabbar mill-Profeta” (Mt 21,4). Fir-realtà, il-Profeta Żakkarija jesprimi ruħu b’dan il-kliem: “Ifraħ bil-kbir bint Sijon, ifraħ bint Ġerusalem: Hawn hu, ġej għandek is-sultan tiegħek. Dan huwa ġust u rebbieħ, umli, riekeb fuq ħmar, felu bin ħmara” (Zk 9,9).

Jiġi propju hekk: manswet u umli, mhux tant bħala sovran jew renjant, daqskemm pjuttost bħala il-Midluk, li l-Etern kiteb fil-qlub u fl-aspettattivi tal-poplu ta’ Iżrael.

U mhux għas-sovran, mhux għas-sultan jirreferi qabel kollox dan il-kliem, li l-folla tippronunzja fir-rigward tiegħu: Osanna lil Bin David! / Imbierek dak li ġej f’isem il-Mulej! / Osanna fil-għoli tas-smewwiet!” (Mt 21,9).

Darba waħda, meta wara l-multiplikazzjoni mirakoluża tal-ħobż, ix-xhieda tal-ġrajja riedu jaqbduh biex jagħmluh sultan (cf. Ġw 6,15), Ġesù inħbielhom.

Imma issa jippermettilhom li jgħajtu: “Osanna lil Bin David” u David kien infatti sultan. Mhemmx madankollu, f’din l-għajta, assoċjazzjonijiet ta’ ideat ma’ poter temporali, ma’ saltna terrena, Pjuttost li wieħed jara li dik il-folla hija diġa matura għall-ilqugħ tal-Midluk, jiġifieri tal-Messija, ta’ Dak “li ġej f’isem il-Mulej”.

2.Id-daħla  f’Ġerusalem hija xhieda tal-wirt profetiku fil-qalb ta’ dak il-poplu li jagħti merħba lil Kristu. U fl-istess ħin verifika u konferma li l-Vanġelu, minnu mħabbar għaż-żmien kollu li jibda mill-magħmudija fil-Ġordan, iwassal il-frott tiegħu. Infatti, l-Messija kellu jirrivela ruħu  appuntu bħala tali sultan: manswet, riekeb fuq ħmar, felu bin ħmara; sultan li dwaru nnifsu jgħid: “Għal dan jien twelidt  u għal dan ġejt fid-dinja: biex nirrendi xhieda għall-verità. Kull min hu mill-verità jismà leħni” (Ġw 18,37).

Dan is-sultan, li jidħol Ġerusalem fuq ħmar, huwa propju tali sultan. U l-bnedmin li jsegwuh, donnhom huma viċin ta’ tali Saltna: għas-Saltna li mhix ta’ din id-dinja. Infatti huma jgħajtu: “Osanna fil-għoli tas-smewwiet”. Donnu li huma propju dawk li semgħu leħnu u li “huma mill-verità”.

Illum f’Ħadd il-Palm, ġejna wkoll aħna biex nerġgħu ngħixu, b’mod liturġiku, din il-ġrajja profetika. Intennu l-istess kliem li dakinhar – fid-daħla ta’ Ġerusalem – ippronunzjat il-folla. Inżommu f’idejna l-palm. Inkunu disposti li nifirxu l-mantelli tagħna fuq it-triq, li minnha se jiġi fil-komunità tagħna Ġesù ta’ Nażżaret – l-istesss kif dakinhar huwa daħal f’Ġerusalem.

Ġesù ta’ Nażżaret aċċetta din il-liturġija tagħna, l-istess kif aċċetta b’mod spontanju l-imġieba tal-folla Ġerosolmitana, għaliex trid li timmanifesta b’dan il-mod il-verità messjanika dwar is-Saltna, li ma tindikax dominju fuq il-popli, imma tirrivela r-regalità tal-bniedem: dik id-dinjità vera, li sa mill-bidu tah Alla Ħallieq u Missier, li li jroddlu lura Kristu Bin Alla fil-qawwa tal-Ispirtu tal-Verità.

3. Bdanakollu l-jum tallum huwa biss introduzzjoni. Jikkostitwixxi sewwa sew il-preludju tal-ġrajjiet, li l-Knisja tixtieq tgħix b’mod partikolari u eċċezzjonali tul il-korsa ta’ din il-Ġimgħa Mqaddsa.

U dan il-preludju huwa b’mod estern dissimili minn dak li se jwasslu miegħu l-jiem suċċessivi tal-ġimgħa, speċjalment dawk tal-aħħar.

Il-lituġija tkellimna wkoll dwar dan, anzi titkellem fuq kollox dwar dan. Din hija l-Liturġija tal-Passjoni: dan huwa Ħadd il-Palm tal-Passjoni tal-Mulej.

U għalhekk is-Salm responsorjali, minflok l-ilħna tal-barka, mimlijin entużjażmu, u bil-għajjat ta’ “Osanna”, isemmagħna diġa l-ilħna ta’  ridikolaġni, li jibdew fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u jilħqu l-quċċata fuq il-Kalvarju: “Jirridikulawni dawk li jarawni, ikemmxu xuftejhom, ixenglu rashom: Afda ruħu lill-Mulej, hu jiskansah: jeħilsu, jekk inhu ħabibu” (Sal 22,17-18).

Fl-aħħar kliem ir-ridikolaġni tmur iktar fil-profondità. Tassumi forma iktar doloruża, u fl-istess ħin iktar provokanti.

U wara dak is-Salm 21 penetranti jiddeskrivi (mill-prospettiva tas-sekli) l-ġrajjiet tal-Passjoni tal-Mulej, bħallikieku qed jarahom mill-viċin: “Taqqbuli jdejja u riġlejja, / nistà ngħodd għadmi kollu. / Huma…qasmu ħwejġi, /fuq il-mantar tiegħi jitfgħu x-xorti” (Sal 22,17-19).

U l-kbir “evanġelista tat-Testment il-Qadim”, il-Profeta Iżaija, jkompli l-bqija: “Ippreżentajt dahri lil dawk li jifflaġellawni, / ħaddejja lil dawk li kienu jintfuli leħjieti; / ma warrabtx wiċċi mill-insulti u l-bżieq” (Iż 50,6).

U bħallikieku mill-Ġolgota kellu jwieġeb għar-ridikolaġni l-iktar doloruża, iżid.  “il-Mulej Alla jassistini, / għalhekk ma nitħawwadx, / għalhekk nirrendi wiċċ iebes daqs il-ġebla, / għax naf li ma jiddispjaċinix” (Iż 50,7).

4. B’dan il-mod, minn dik il-prova ta’ ubbidjenza sal-mewt, Kristu joħroġ rebbieħ fl-ispirtu, permezz tad-dedikazzjoni assoluta lill-Missier, permezz tal-fiduċja tiegħu radikali għar-rieda tal-Missier, li hija r-rieda tal-ħajja u tas-salvazzjoni.

U għalhekk d-deskrizzjoni sħiħa tal-ġrajjiet ta’ din il-Ġimgħa li għaliha jintroduċina dan il-Ħadd, jinġabar fil-qosor fil-kliem ta’ San Pawl: Kristu Ġesù, “umilja ruħu billi sar ubbidjenti sal-mewt u sal-mewt tas-salib. Għal dan Alla għollieh u tah isem li hu fuq kull isem ieħor”; u jżid: “Sabiex fl-isem ta’ Ġesù kull irkobba tiltewa fis-smewwiet, fuq l-art u taħt l-art; u kull ilsien jipproklama li Ġesù Kristu huwa l-Mulej għall-glorja ta’ Alla Missier” (Fil 2,8-11).

Għalhekk aħna wkoll illum inġorru fil-proċessjoni il-palm u nkantaw: “Osanna lil Bin David. Imbierek dak li ġej f’isem il-Mulej…” (Mt 21,9).

Kristu ppermetta li fuq l-għatba tal-ġrajjiet tal-Passjoni tiegħu, propju llum, Ħadd il-Palm, tieħu forma quddiem għajnejn il-Poplu tal-għażla Divina dik is-Saltna tal-aspettattiva definittiva tal-qlub umani u tal-kuxjenzi.

Dan għamlu fil-waqt preċiż li fih kollox kien lest sabiex Huwa stess, permezz tal-umiljazzjoni propja u tal-ubbidjenza sal-mewt u sal-mewt tas-salib, jiftaħ is-Saltna ta’ Alla, li għaliha huma msejħin dawk kollha li jistqarru Ismu.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.