Ir-Regola ta’ San Benedittu

Print Friendly, PDF & Email

Bil-Malti fuq il-Laikos …

Meta wieħed jifli sew ir-Regola, dlonk jintebaħ li San Benedittu, ħoloq dixxiplina ta’ ħajja li jekk imħarsa tajjeb għadha valida sal-lum. Huwa organizza lill-Komunità fdata lilu bi stil purament personali, anki jekk f’għemilu u minn dak li jesiġi mid-dixxipli tidher trasparenti l[1]esperjenza spiritwali personali tiegħu bbażata fuq it-tagħrif sħiħ u profond li huwa kellu tal[1]Kotba Mqaddsa. Mhux faċli taqsam ir-Regola, imma, biex kulħadd jifhem nistgħu nippruvaw naqsmuha fi tliet sezzjonijiet.

Ara r-Regola ta’ San Benedittu bil-Malti …

Sezzjoni “duttrinali/spiritwali”

a – PROLOGU: ġustifikazzjoni u programm tal-ħajja monastika. b – KAP. 1-3: jibda biex ifisser l-aħjar tip ta’ Monaku, iċ-Ċenobita; jagħti dettalji fuq ħidmet l-Abbati (rappreżentant ta’ Kristu) bħala mexxej ewlieni tas-soċjetà monastika; u jitkellem fuq il-kunsill tal-komunità u l-parteċipazzjoni tal-Monaċi fir-responsabbiltajiet tagħhom. ċ – KAP. 4-7: fost il-prinċipji li jagħmlu mill-istruttura monastika “bini” jew “skola” għas[1]servizz tal-Mulej hemm il-ħarsien tal-istrumenti għall-ħajja spiritwali aħjar. F’kapitli separati jikteb fuq l-ubbidjenza, is-skiet u l-umiltà, il-virtujiet ewlenin li fuqhom San Benedittu jisħaq mad-dixxipli tiegħu.

Ara r-Regola ta’ San Benedittu bil-Malti …

2. Sezzjoni “organizzattiva” tal-ħajja fil-Komunità

a – KAP. 8-20: l-ordni tal-Liturġija (l-Uffiċċju Divin, talb flimkien u fil-privat, Lectio Divina, meditazzjoni). b – KAP. 21-30: kodiċi ta’ dixxiplina li jinkludi tqassim tar-responsabbiltajiet, l-għajnuna lill[1]Abbati, miżuri dixxiplinarji skont min jonqos u skont iċ-ċirkustanzi. ċ – KAP. 31-57: amministrazzjoni tal-ġid temporali tal-Monasterju: ix-xogħol; l-użu tal[1]oġġetti, il-kwistjoni tal-proprjetà; il-ħin tal-atti komunitarji, is-servizz fil-ħtiġijiet domestiċi u ta’ kuljum; il-qies fl-ikel, fix-xorb, fil-ħwejjeġ, fl-ivvjaġġar; il-morda, l[1]anzjani, iż-żgħażagħ u t-tfal u l-formazzjoni tagħhom; il-mistednin fil-Monasterju; il[1]ħarsien tar-Randan. d – KAP. 58-66: pożizzjoni ġuridika tal-membri tal-Komunità li prattikament tfisser il-grad, l-ordni kif ukoll post il-Monaċi fil-Monasterju. F’kapitlu imporatnti (Kap 64), San Benedittu, ifisser kif għandha ssir l-elezzjoni tal-Abbati. Jistabbilixxi wkoll regoli preċiżi għad-dħul fil-Monasterju.

Ara r-Regola ta’ San Benedittu bil-Malti …

3. Sezzjoni qasira dwar “l-Idejal Benedittin”

a – KAP. 67-73: aktarx li dawn il-kapitli San Benedittu kitibhom lejn tmiem ħajtu fuq din l[1]art. Fihom hemm imfisser ċar u tond l-idejal veru tal-ħajja monastika. Il-Monaku jilħaq il-milja ta’ dan l-idejal wara li jkun ħares bis-sħiħ ir-Regola Mqaddsa. Ma jonqsux is[1]suġġerimenti prattiċi dwar x’għandu jagħmel Monaku li jerġa’ lura minn xi vjaġġ; imġieba f’każ ta’ ubbidjenza mpossibli; ir-relazzjonijiet bejn l-aħwa fil-Monasterju; ifisser, bi kliem meqjus u deċiż, is-sens veru tar-Regola.

Ara r-Regola ta’ San Benedittu bil-Malti …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: