Briganti jattakkaw Seminarju

Print Friendly, PDF & Email

Niġerja: Grupp ta’ briganti jattakkaw Seminarju f’Kaduna, u jaħtfu 3 seminaristi

Grupp ta’ briganti attakkaw seminarju maġġuri fid-Djoċesi Kattolika ta’ Kafanchan, Kaduna, u ħatfu tliet seminaristi. Fi stqarrija maħruġa mid-djoċesi qalet, li nhar it-Tnejn 11 ta’ Ottubru, għall-ħabta tas-7.26 ta’ filgħaxija seħħ attakk fuq is-Seminarju Maġġuri ta’ Kristu Re, li jinsab f’Fayit, Fadan Kagoma, fiż-Żona tal-Gvern Lokali ta’ Jema’a. Dan l-attakk seħħ fil-kappella tas-Seminarju.

Fil-ħin tal-attakk kien hemm 10 formaturi, inklużi r-Retturi tas-Seminarju u tal-Istut San Albertu, fejn is-seminaristi jirċievu l-formazzjoni akkademika tagħhom; 132 seminarist, 6 mhux seminaristi. Waqt l-attakk, sitt seminaristi ġarrbu diversi ġrieħi, u li ttieħdu minn grupp ta’ suldati fi sptar f’Kafanchan fejn ġew ikurati hemmhekk.

Skond l-aġenti tas-sigurtà tas-Seminarju, u persunal tal-infurzar tal-liġi, t-Tlieta 12 ta’ Ottubru wara l-Quddiesa sar l-għadd tal-persuni, u ħareġ li 3 seminaristi kienu nħatfu. Is-seminaristi maħtufa jippartjenu għall-Appostli tal-Karità Divina u l-Ulied iż-żgħar tal-Kongregazzjonijiet Ewkaristiċi, u li jinsabu kollha fir-raba’ sena tal-istudji tagħhom fit-teoloġija.

Sorsi lokali tal-aħbarijiet irrapportaw li l-uffiċjali tal-puluzija qalu li hemm tim magħqud ta’ skwadri tattiċi ta’ kontra l-ħtif u għaddejjin fi tfittxija għall-briganti, bil-għan li jġibuhom quddiem il-ġustizzja u jsalvaw lill-vittmi maħtufa minnhom.

Dun Emmanuel Uche Okolo, Kanċillier tad-djoċesi, ħareġ stqarrija li tgħid: “Nitolbukom biex tkunu viċin tagħna u magħna fit-talb għall-ħelsien ta’ malajr u bla periklu ta’ ħutna maħtufa”. Id-djoċesi talbet ukoll lil dawk li jixtiequ l-ġid lil Istitut u lis-Seminarju, biex “jieqfu milli jieħdu l-liġijiet b’idejhom” u żied jgħid li “aħna nużaw kull mezz leġittimu biex niżguraw il-ħelsien tagħhom fil-pront u sigur”. “Jalla l-Madonna tar-Rużarju Mqaddes u San Wilfref jinterċedu għal ħutna maħtufa u l-persuni l-oħra kollha maħtufa”, intemmet l-istqarrija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-10/nigeria-attack-major-seminary-kidnap-kaduna.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: