Il-faqar mhuwiex tort tad-destin, imma riżultat tal-egoiżmu

Print Friendly, PDF & Email

Kif se nagħtu tweġiba konkreta lil miljuni ta’ fqar li kulma jsibu ma’ wiċċhom hija l-indifferenza, jekk mhux ukoll ikun hemm min jagħtihom fastidju? Liema triq jeħtieġ naqbdu sabiex issir ġustizzja u jinegħlbu d-differenzi soċjali u biex terġa’ tintradd lura d-dinjità tal-bniedem li spiss hija mitfugħa taħt is-saqajn?

L-istil ta’ ħajja individwalista iwassal biex jinħoloq aktar faqar, u biex jingħata t-tort kollu lill-fqar għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha. Iżda l-faqar mhuwiex tort tad-destin, imma riżultat tal-egoiżmu. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jinbdew proċessi ta’ żvulupp fejn il-kapċitajiet ta’ kulħadd jingħataw valur, u sabiex il-ħiliet u d-diversità ta’ kulħadd iwasslu biex ikun hemm iktar parteċipazzjoni minn kulħadd. Hemm ħafna forom ta’ faqar fost “is-sinjuri”, u dawn jistgħu jitfejqu mill-ġid tal-“fqar”, imma dan iseħħ jekk dawn jiltaqgħu bejniethom u jsiru jafu lil xulxin!

Ara messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ħames Jum Dinji tal-Fqar …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: