Talba tal-Papa Franġisku lil San Ġużepp

Print Friendly, PDF & Email

Għal dawk li qed jgħixu fil-periferiji

“Illum nixtieq nibgħat messaġġ lill-bnedmin li qed jgħixu fil-periferiji ġeografiċi l-iżjed minsija tad-dinja jew li qed jgħixu sitwazzjonijiet fejn iħossuhom imwarrba fil-ħajja.”

Hekk temm dalgħodu, il-Papa Franġisku l-ewwel katekeżi tiegħu f’sensiela ġdida fuq San Ġużepp. Imbagħad qalilhom:

“Ħa ssibu f’San Ġużepp ix-xhud u l-ħarries li lejh tħarsu. Lejh nistgħu nduru b’din it-talba, talba “tad-dar”, imma li ħierġa mill-qalb:

San Ġużepp,
inti li dejjem fdajt f’Alla,
u għamilt l-għażliet tiegħek
imdawwal mill-providenza tiegħu,
għallimna ma nserrħux iżżejjed fuq il-proġetti tagħna,
imma fuq il-pjan tiegħu ta’ mħabba.
Int li ġej mill-periferiji,
għinna ndawru l-ħarsa tagħna
u nippreferu dak li d-dinja tarmi u twarrab fil-ġenb.
Farraġ lil min qed iħossu waħdu
u wieżen lil min fis-skiet qed iħabrek
biex jiddefendi l-ħajja u d-dinjità umana. Amen.

[soundcloud url=” https://soundcloud.com/user-1315623/fr1_talba_sg?si=3c0799fb030443018d46b9038b6a37bf ” params=”auto_play=false&hide_related=false&visual=false” width=”100%” height=”140″ iframe=”true” /]

Ara aktar minn din il-ġabra ta’ talb lil San Ġużepp …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading