Il-Papa jitlob mal-foqra f’Assisi:

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jitlob mal-foqra f’Assisi: “Jalla dejjem naqsmu ħobżna ma’ dawk fil-bżonn”

Il-Ġimgħa filgħodu, l-Papa Franġisku ta bidu għaż-żjara tiegħu fil-belt ta’ Assisi, bi żjara mhux mistennija fil-Kunvent tal-Klarissi, fejn iltaqa’ privatament mas-sorijiet tal-klawsura li jaqdu l-Knisja fit-talb.

Imbagħad huwa telaq lejn il-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Anġli, fejn fqir ippreżentalu l-bastun u l-mant ta’ pellegrin, biex juri li dawk kollha preżeni kienu pellegrini fil-belt ta’ San Franġisk.

Ara d-DISKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA FRANĠISKU

Il-Papa kellu konversazzjoni ma’ madwar 500 fqir li aġixxew bħala l-protagonisti veri tal-ġurnata u li kienu ġejjin minm diversi nazzjonijiet Ewropej. Ħafna minnhom huma bla dar, qiegħda, jew migranti. Il-vjaġġ sar eżatt qabel iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd tal-5 Jum Sinji tal-Fqar.

Fil-ftuħ tas-servizz, il-Papa fakkar kif tant qaddisin – inkluż San Franġisk, Santa Klara, u l-Beatu Carlo Acutis, kollha marbuta mill-qrib ma’ Assisi – iddedikaw ħajjithom lil-foqra u l-aktar abbandunati wara leħen il-Mulej. Il-Qdusija Tiegħu talab: “inġeddu ir-rieda tagħna u niddedikaw is-sena d-dieħla wkoll għas-servizz ta’ dawk l-aktar fil-bżonn”. Il-Papa talab lil Alla biex il-libertà u l-ħobż li huwa jipprovdi qatt ma jkunu neqsin, “u li lkoll nitgħallmu nagħtu bl-istess mod ta’ Dak li ta lilu nnifsu”.

Fi tmiem is-servizz ta’ talb, il-Papa Franġisku ta lil kull wieħed mill-500 fqir baskett mimli ħwejjeġ, żraben, ġkieket u maskri tal-wiċċ.

Fit-triqtu lejn il-Vatikan, il-Papa għamel waqfa fil-Kunvent tal-Klarissi fil-belta ta’ Spello biex jiekol mas-sorijiet tal-klawsura li jgħixu fil-komunità hemmhekk.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-11/pope-francis-assisi-visit-prayer-poor-world-day.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: