Il-Papa Franġisku: “Id dawl tal-Milied jiddi anke f’nofs id-dlam tal-pandemija”

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn, il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-parteċipanti tal-Konkors tal-Milied li ġej. L-avveniment, organizzat mill-Fondazzjoni Pontifiċja Gravissimum Educationis u mill-Missjoni Don Bosco Valdocco, “qed jagħtu vuċi liż-żgħażagħ billi jistednuhom joħolqu kanzunetti ġodda ispirati mill-Milied u l-valuri tiegħu”. Fuq din in-nota, l-Papa ta’ “merħba speċjali” liż-żgħażagħ kollha “li laqgħu l-isfida b’entużjażmu”.

Il-Qdusija Tiegħu esprima l-ferħ tiegħu li jiltaqa’ magħhom kollha “fil-għatba tal-Avvent, il-perjodu li kull sena jintroduċina fil-Milied u l-Misteru tiegħu”. Huwa nnota li din is-sena wkoll, id-dwal tal-Milied jidhru mdgħajfa bil-konsegwenzi tal-pandemija, li żied il-Papa, “għadha tiżen ħafna fiż-żmienna”.

Din turina biex aħna msejħin biex nistaqsu lilna nfusna u ma nitilfux it-tama, qal il-Papa, li ddeskriva l-festa tat-Twelid ta’ Kristu bħala li mhix “stonata” mal-prova li għaddejjin minnha, “għax hi per eċċellenza l-festa tal-kompassjoni, tat-tenerezza. Is-sbuħija tagħha hija umli u mimlija imħabba.”

Il-Papa Franġisku kompla jisħaq lis-sbuħija tal-Milied tiddi fil-qsim ta’ ġesti żgħar ta’ mħabba konkreta. “Mhux aljenazzjoni; mhux superfiċjali jew li taħrab mir-realtà. Anzi ftuħ tal-qalb, tinfetaħ b’mod gratwità, għad-don tiegħu, u tista’ wkoll tiġġenera dinamika kulturali, soċjali u edukattiva.”

Il-Papa Franġisku temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja liż-żgħażagħ, l-artisti, u l-isportivi “tinsewx tkunu kustodji ta’ din is-sbuħija, li l-Milied tal-Mulej jagħmel jiddi f’kull ġest ta’ kuljum ta’ mħabba, qsim u servizz”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-11/pope-francis-discourse-participants-christmas-contest-2022.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: