Ġwanni Pawlu II f’Jum il-Vokazzjonijiet

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAL JUM IL-VOKAZZJONIJIET
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ S. Pietru
10 ta’ Mejju 1981

1.Fir-rabà Ħadd tal-Għid nikkuntemplaw lil Kristu Rxoxt, li jgħid dwaru stess: “Jiena il-bieb tan-nagħaġ” (Ġw 10,7).

Huwa jsejjaħ lilu nnifsu wkoll ir-Ragħaj it-Tajjeb; b’dak il-kliem huwa jwettaq f’ċertu sens din l-immaġni, billi jtiha dimensjoni ġdida:

“Fis-sewwa ngħidilkom: min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħag mill-bieb, imma jitlà minn xi band’oħra, huwa ħalliel u brigant. Min iżda jidħol mill-bieb, huwa r-ragħaj tan-nagħaġ. L-għassies jiftħilhom u n-nagħaġ jisimgħu leħnu: huwa jsejjaħ lin-nagħaġ tiegħu waħda waħda u joħroġhom barra. U meta jkun ħariġhom barra kollha, jimxi quddiemhom, u n-nagħaġ isegwuh, għaliex jagħrfu leħnu. Lil wieħed barrani iżda ma jsegwuhx, imma jaħarbu minnu, għaliex huma ma jagħrfux l-leħen tal-barranin” (Gv 10,1-5).

Ġesù, mela, huwa l-bieb tal-maqjel tan-nagħaġ. Fl-għoti ta’ tali kwalifika lilu nnifsu, Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala t-triq obligata biex dak li jkun jidħol b’mod paċifiku fil-komunità tal-mifdijin: Huwa hu nfatti l-uniku medjatur, li permezz tiegħu Alla jikkomunika mal-bnedmin u l-bnedmin għandhom aċċess għal Alla. Min ma jgħaddix minn dan il-“bieb” huwa ħalliel u brigant”. Permezz ta’ tali bieb, mela, dak li jkun jgħaddi billi jsegwi Lilu, li huwa l-veru Ragħaj.

“Żommu mela sewwa f’moħħkom – ikkummenta Santu Wistin – li Sidna Ġesù Kristu huwa l-bieb u r-Ragħaj; huwa l-bieb minħabba li hu jiftaħ lilu nnifsu (fir-rivelazzjoni ) u huwa r-Ragħaj minħabba li jidħol waħdu.  Biex ngħid is-sewwa, o ħuti, il-prerogattiva ta’ Ragħaj ikkomunikaha wkoll lill-membri tiegħu; u hekk huwa ragħaj Pietru, u Pawlu huwa ragħaj, u l-Appostli l-oħra huma rgħajja, u t-twajba Isqfijiet huma rgħajja. Ħadd minna, iżda, ma jazzarda jgħid li huwa l-bieb; Kristu rriserva għalih biss li huwa l-bieb, li permezz tiegħu jidħlu n-nagħaġ” (Santu Wistin In Io. Evang. Tr. 47, 3).

2. Din l-immaġni ta’ Kristu, li, bħala uniku “Ragħaj it-Tajjeb”, huwa fl-istess ħin il-“bieb tan-nagħaġ”, trid tibqà quddiem għajnejna lkoll.

Hemm bżonn li żżommuha quddiem għajnejkom b’mod speċjali intom, għeżież ħuti, li qegħdin tikkonċelebraw miegħi din il-Quddiesa, li biha se jkun inawgurat il-Kungress internazzjonali għall-vokazzjonijiet.

Tasal lilkom ilkoll u għal kull wieħed minnkom it-tislima kordjali tiegħi: Lis-Sinjur Kardinal Baum, Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika u l-kollaboraturi tiegħu; għal meqjuma ħuti fl-Episkopat u għas-saċerdoti li jinsabu hawn miġbura bħala delegati jew mibgħuta tal-Konferenzi episkopali u tal-membri tal-Uffiċċji tal-istess Konferenzi.

Insellem imbagħad lis-Superjuri Ġenerali, irġiel u nisa, il-Moderaturi tal-Istituti Sekolari u l-persuni l-oħra denjissmi, li offrew ruħhom, bi prezz ukoll ta’ sagrifiċċji mhux ħfief, biex jagħtu l-konribut prezzjuż tagħhom għar-riflessjoni komuni.

It-tema tal-Kungress: “Żviluppi tal-attenzjoni pastorali tal-vokazzjonijiet fil-Knejjes partikolari: esperjenzi tal-passat u programmi għall-ġejjieni”, tidher singolarment opportuna u attwali. Din tipproponi li ttejjeb il-meditazzjoni tal-Knisja lokali  rigward il-vokazzjonijiet, u min ma jarax l-importanza ta’ tali “waqt” tal-azzjoni pastorali għall-ħajja tal-Knisja fid-dinja kollha.

Kienu kkunsultati, għal tali skop, il-Pjanijiet ta’ Azzjoni mħejjija fid-dijoċesijiet tal-partijiet differenti tad-dinja u l-kontributi voluntarji nazzjonali li waslu lis-Sagra Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika: fuq il-bażi ta’ dawn tħejja id-“Dokument tax-Xogħol”, li kien sottopost għall-attenzjoni tagħkom bħala sinjal utli għad-diskussjonijiet li jmiss.

Il-Kungress għalhekk, jippreżenta ruħu bħala l-punt tal-wasla ta’ xogħol rispettuż ta’ tħejjija, li mhux se jonqos milli jiffavorixxi l-iżvolġiment ordnat u fruttuż. L-awgurju, korroborat mit-talb komuni, huwa li hu jsir ukoll il-punt tat-tluq ta’ impuls ġdid għall-pastorali tal-vokazzjonijiet f’kull Knisja partikolari. B’dan il-mod iċ-ċirku jingħalaq: u jekk telqu mill-esperjenzi differenti tal-Knejjes partikolari u għalihom se jerġgħu lura bl-għana tal-kontribuzzjonijiet fil-konfront mal-“migħux” tal-Knejjes aħwa.

Ma nistax naħbi l-ferħ tiegħi għall-fatt li l-Kungress se jsir f’Ruma. Dan jippermettili li nħossni parteċipi b’mod dirett: nawgurah flimkien magħkom f’din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, u se nkun qribkom bil-ħsieb u bit-talb.

3. Il-problema tal-vokazzjonijiet saċerdotali – u dawk ukoll reliġjużi kemm maskili kif ukoll femminili – hija, u dan ngħidu b’mod miftuħ, il-problema fundamentali tal-Knisja. Hija verifika tal-vitalità spiritwali tagħha u hija l-kondizzjoni stess ta’ tal- vitalità. Hija l-kondizzjoni tal-missjoni tagħha u tal-iżvilupp tagħha.

Dan jirreferi ruħu tant għall-Knisja fid-dimensjoni universali tagħha, daqstant ukoll għal kull Knisja lokali. Għad-dijoċesi u b’mod analoġiku għall-kongregazzjonijiet reliġjużi. Hemm bżonn mela li nikkunsidraw din il-problema f’kull waħda minn dwn id-dimensjonijiet, jekk l- attività tagħna fis-settur tal-qawmien tal-vokazzjonijiet trid tkun adekwata u effikaċi.

Il-vokazzjonijiet huma l-verifika tal-vitalità tal-Knisja. Il-ħajja tiġġenera l-ħajja. Mhux kumbinazzjoni d-Digriet dwar il-formazzjoni saċerdotali, fejn jitratta dwar id-dmir li “nagħtu żieda għall-vokazzjonijiet”, jenfasizza li l-komunità nisranija “hija miżmuma li twettaq dan id-dmir qabel kollox b’ħajja perfettament nisranija” (Optatam Totius, 2). Bħal ma art turi l-għana tal-umoriżmu vitali tagħha bil-freskezza u  l-eżuberanza tal-mergħat li jiżviluppaw fiha (ir-referenza għall-parabbola evanġelika taż-żerriegħ hija hawn spontanja) (Mt 13,3-23)),hekk komunità ekkleżjali tagħti prova tal-qawwa tagħha u tal-maturità tagħha bil-fjoritura tal-vokazzjonijiet, li jirnexxilha fiha tasserixxi ruħha  .

Il-vokazzjonijiet huma wkoll il-kondizzjoni tal-vitalità tal-Knisja. Mhemmx dubju li din tiddependi mis-solidarjetà tal-membri ta’ kull komunità, mill-“apostolat komuni”, b’mod speċjali mill-“apostolat tal-lajċi”. Banakollu huwa daqstant ċert li għall-iżvilupp ta’ dan l-apostolat jirrivela ruħu ndispensabbli propju l-ministeru saċerdotali. Dan, mill-bqija jafuh sewwa ħafna l-istess lajċi. L-apostolat awtentiku tal-lajċi jibbaża ruħu fuq il-ministeru saċerdotali – u, min-naħa tiegħu, juri l-awtentiċità tiegħu propju billi jirnexxilu, fost l-oħrajn, li jxettel fil-qasam tagħhom vokazzjonijiet ġodda.

4. Dak li jkun jistà jistaqsi għaliex l-affarijiet huma hekk.

Hawn se nmissu d-dimensjoni fundamentali tal-problema, u jiġifieri l-verità stess tal-Knisja: ir-realtà tal-Knisja, hekk kif ġiet magħġuna minn Kristu fil-misteru Pasquali u kif b’mod kostanti tiġi magħġuna taħt l-azzjoni tal-Ispirtu Santu. Biex nerġgħu nibnu fil-kuxjenza, jew biex napprofondixxu, il-konvinzjoni dwar l-importanza tal-vokazzjonijiet, wieħed irid imur lura għall-għeruq stess  ta’ ekklessjoloġija b’saħħitha, hekk bħal ma kienu żvelati mill-Vatikan II. Il-problema tal-vokazzjonjiet, il-problema tal-qawmien mill-ġdid tagħhom tappartieni b’mod organiku għal dak id-dmir kbir, li wieħed jistà jsejjaħlu “it-twettiq tal-Vatikan II”.

Il-vokazzjonijiet saċerdotali huma verifika u fl-istess ħin kondizzjoni tal-vitalità tal-Knisja, qabel kollox għaliex din il-vitalità issib is-sors inċessanti  tagħha fl-Ewkaristija, bħala ċentru u quċċata tal-evanġelizzazzjoni kollha u tal-ħajja sħiħa sagramentali. Minn hawn joħroġ il-bżonn indispensabbli tal-preżenza tal-ministru ordnat, li jistà jiċċelebra appuntu l-Ewkaristija.

U xi ngħidu mbagħad dwar is-sagramenti l-oħra, li permezz tagħhom tmantni ruħha l-ħajja tal-komunità nisranija? Min jamministra, b’mod speċjali, is-sagrament tal-Penitenza, jekk jiġi li ma jkunx hemm saċerdoti? U dan is-sagrament huwa l-mezz stabbilit minn Kristu għat-tiġdid tar-ruħ u għall-integrazzjoni attiva fil-kuntest vitali tal-komunità. Min se jattendi għas-xervizz tal-Kelma? U madankollu fl-ekonomija attwali tas-salvazzjoni “il-fidi tiddependi mill-predikazzjoni u l-predikazzjoni min-naħa tagħha tattwa ruħha għall-kelma ta’ Kristu  ” (Rm 10,17).

Hemm imbagħad il-vokazzjonijiet għall-ħajja kkonsagrata, Dawn huma l-verifika u fl-istess ħin il-kondizzjoni tal-vitalità tal-Knisja, għaliex tali vitalità trid issib, bir-rieda ta’ Kristu, l-espressjoni tagħha fix-xhieda evanġelika radikali,  magħmula għas-Saltna ta’ Alla f’nofs dak kollu li huwa temporali.

5. Il-problema tal-vokazzjonijiet ma tiqafx tkun, għeżież ħuti, problema li hija għal qalbi b’mod speċjali. Dan għidtu f’diversi okkażjonijiet. Jiena konvint li – minkejja ċ-ċirkustanzi kollha li jagħmlu parti mill-kriżi spiritwali eżistenti fiċ-ċiviltà kontemporanja kollha – l-Ispirtu Santu ma jiqafx jopera fl-erwieħ. Anzi, Huwa jopera b’ferm iktar intensitàè. U huwa propju minn hawn li jinfetħu wkoll quddiem il-Knisja tallum prospettivi favorevoli fejn jidħlu l-vokazzjonijiet, basta hija tfittex li tkun b’mod awtentiku fidila lejn Kristu; basta li b’mod illimitat tittama fil-qawwa tal-fidwa tagħha – u tfittex li tagħmel dak kollu possibli biex “ikollha dritt” għal din il-fiduċja.

Kondizzjoni tal- “communio” speċcifika tal-Poplu ta’ Alla – jien għidt f’ċirkustanza oħra – hija l-pluralità tal-vokazzjonijiet u wkoll tal-pluralità tal-kariżmi. Hija unika l-vokazzjoni nisranija komuni: is-sejħa għall-qdusija; u unika l-kariżma fundamentali ta’ li rkun nisrani: is-sagrament tal-Magħmudija; madankollu, fuq is-sies tiegħu jindividwaw ruħhom il-vokazzjonijiet speċjali. Bħal dik saċerdotali u reliġjuża u, maġemb din, il-vokazzjoni tal-lajċi li, min-naħa tagħha, iġġorr magħha il-kumpless tal-varjetajiet possibbli. Infatti, il-lajċi, f’diversi modi jistgħu jieħdu sehem fil-missjoni tal-Knisja fl-apostolat tagħha.

“Jaqdu lill-komunità stess tal-Knisja, billi, jieħdu, per eżempju, sehem fil katekeżi jew fis-servizz karitattiv u, fl-istess ħin, jiftħu fid-dinja it-toroq f’tant oqsma tal-impenn lilhom speċifikat.

“Taqdi l-komunjoni tal-Poplu ta’ Alla fil-Knisja jfisser li tieħu ħsieb il-vokazzjonijiet differenti u l-kariżmi fl-ispeċifiċità tagħhom u topera sabiex jitwettqu b’mod reċiproku, hekk bħall-membri ndividwali, fl-organiżmu (cf. 1Kor 12,12ss)”.

Nistgħu nħarsu b’fiduċja lejn il-ġejjieni tal-vokazzjonijiet, nistgħu norbtu fuq l-effikaċja tal-isforzi tagħna li jimmiraw għall-qawmien mill-ġdid tagħhom, jekk inbegħdu minna b’mod konsapevoli u deċiżiv dik it-“tentazzjoni ekleżjoloġika” ta’ żminijietna, li minn partijiet differenti u b’motivazzjonijiet multipli tfittex li tintroduċi ruħha fil-kuxjenzi u fl-atteġġjamenti tal-poplu nisrani. Irrid nalludi għall-proposti li jimmiraw biex “jillajċizzaw” il-ministeru u l-ħajja saċerdotali, biex jissostitwixxu l-ministeri “sagramentali” b’ministeri” oħra meqjusa iktar rispondenti għall-esiġenzi pastorali tallum, u wkoll biex iċaħħdu l-vokazzjoni reliġjuża tal-karattru ta’ xhieda profetika tas-Saltna, billi jorentawha b’mod esklussiv lejn funzjonijiet ta’ animazzjoni soċjali jew saħansitra ta’ impenn direttament politiku. Din it-tentazzjoni tmiss l-ekkleżjoloġija, bħal ma b’mod luċidu esprima l-Papa Pawlu VI, li, waqt li kellem lill-Assemblea ġenerali tal-Konferenza episkopali Taljana dwar il-problemi tas-saċerdozju ministerjali, kien iddikjara: “Dak li jnikkitna f’dan ir-rigward hija s-soppożizzjoni li, ftit jew wisq ippenetrat f’ċerti mentalitajiet, li wieħed jistà jinjora mill-Knisja, kif inhi, mid-duttrina tagħha, mill-kostituzzjoni tagħha, mid-derivazzjoni storika, evanġelika u aġijografika tagħha, u li jistà jivvinta u joħloq waħda ġdida, skont skemi ideoloġiċi u soċjoloġiċi mogħtija, li huma wkoll jistgħu jinbidlu u mhux issapportjati minn esiġenzi ekkleżjali intrinsiċi: hekk li kultant naraw li biex iregħdu u jindebolixxu l-Knisja għal dan ir-rigward mhumiex tant l-għedewwa tagħha minn baraa, daqs kemm xi wliedha, uħud li jippretendu li jkunu proponenti ħielsa minn ġewwa tagħha” (Insegnamenti di Paolo VI, VIII [1970] 302).

6. Kristu huwa l-bieb tan-nagħaġ!

Jalla l-isforzi kollha tal-Knisja – u speċjalment tal-Kungress tagħkom! – jalla t-talb kollu tal-Assemblea ewkaristika tagħna tallum jirrikonfermaw din il-verità!

Jalla jagħtuha l-effikaċja sħiħa! Jidħlu permezz ta’ tali “bieb” dejjem ġenerazzjonijiet ġodda ta’ rgħajja tal-Knisja. Dejjem ġenerazzjonijiet ġodda ta’ “amministraturi tal-misteri ta’ Alla”! (1Kor 4,1). Dejjem fillieri ġodda ta’ rġiel u nisa li b’ħajjithom kollha, permezz tal-faqar, il-kastità u l-ubbidjenza aċettati b’mod liberu u pprofessati jagħtu xhieda tas-Saltna, li mhix ta’ din id-dinja u li ma tgħaddi qatt.

Jalla Kristu – Bieb tan-nagħaġ – jinfetaħ b’mod wiesà lejn il-ġejjieni tal-Poplu ta’ Alla fl-art kollha. U jaċċetta dan kollu li skont il-forzi dgħajfin tagħna – imma mserrħin fuq l-immensità tal-grazzja tiegħu – infittxu li nagħmlu għall-qawmien mill-ġdid tal-vokazzjonijiet.

Tinterċedi għalina f’dawn l-inizjattivi l-Qaddejja umli tal-Mulej, Marija, li hija l-mudell l-iktar perfett tal-imsejħin kollha; Hija li għas-sejħa tal-Għoli wieġbet: “Hawn jien! Ħa jsir minni dak li inti għidtli” (cf. Lq 1,38).

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: