Il-Papa jħeġġeġ liż-żgħażagħ iħossuhom at home u jkunu protagonisti fil-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku sellem liż-żgħażagħ madwar id-dinja li qed jiċċelebraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li tradizzjonalment isir fis-Solennità ta’ Kristu Re. Żewġ żgħażagħ ta’ dsatax-il sena, mid-Djoċesi ta’ ruma kienu fuq kull naħa tal-Papa hekk kif deher għall-apuntament tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru. Huwa għadda l-mikrofoni lil kull wieħed u waħda minnhom li sellmu liż-żgħażagħ f’din il-ġurnata speċjali.

Il-Papa ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iħossuhom at home fil-Knisja u biex illum ikunu protagonisti, parti integrali mill-missjoni ta’ xandir tal-Bxara t-Tajba. Huwa offra l-awguri tiegħu liż-żgħażagħ kollha, filwaqt li ħeġġiġhom jiftakru f’din il-Festa ta’ Kristu Re, li “ssaltan hu li taqdi”, u ħeġġeġ lil kulħadd jirrepeti dan il-kliem.

Ħsibijietu mbagħad daru lejn il-Jum Dinji tas-Sajd li kien qed jiġi ċċelebrat il-Ħadd 21 ta’ Novembru, fejn ġibed l-attenzjoni għal dawk li jaħdmu f’dan il-qasam f’kundizzjonijiet diffiċli jew saħansitra xogħol sfurzat. Sellem ukoll is-servizz pastorali mogħti mill-kappillani ta’ Stella Maris, aġenzija tal-Knisja Kattolika li toffri kura prattika u pastorali lill-baħħara kollha.

Hekk kif il-Ħadd immarka wkoll il-Jum Dinji tat-Tifkira għall-Vittmi tat-Traffiku fit-toroq, il-Papa Franġisku appella wkoll għal talb għall-vittmi tal-inċidenti fit-toroq u dawk li jaħdmu biex jipprevjenuhom. Huwa esprima wkoll l-inkoraġġiment tiegħu dwar inizjattiva li qed tieħu in-Nazzjonijiet Uniti, mmirati lejn il-kontroll akbar fuq il-kummerċ tal-armi.

Fl-aħħarnett, il-Papa ta’ ġieħ lill-Beatur Fr Jan Franciszek Macha, li ġie beatifikat is-Sibt 20 ta’ Novembru, fil-Polonja, u li kien inqatel b’mibegħda għall-fidi fl-1942 waqt il-persekuzzjoni kontra l-Knisja waqt ir-reġin Nażista. Fid-dlam tal-ħabs, sab f’Alla l-qawwa u l-umiltà biex jiffaċċja dak il-kalvarju, innota l-Papa, u j’alla l-martirju tiegħu jkun żerriegħa għalina lkoll sinjuri fit-tama u fil-paċi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-11/pope-encourages-youth-to-be-at-home-and-protagonists-in-church.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: