Sant’ Ambroġ

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI fl-Udjenza Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2007.

L-Isqof qaddis Ambroġ – li dwaru se nkellimkom illum – miet f’Milan fil-lejl bejn it-3 u l-4 ta’ April 397. Kien sbiħ Sibt il-Għid. Il-ġurnata ta’ qabel, lejn il-5.00pm, kien beda jitlob, mixħut fis-sodda, b’dirgħajh miftuħa f’għamla ta’ salib. U hekk ħa sehem, fit-Tridu solenni tal-Għid, fil-mewt u l-qawmien tal-Mulej. …

Ara l-Katekeżi kollha tal-Papa Beneduittu XVI fil-Laikos …

… Mill-ħajja u mill-eżempju tal-Isqof Ambroġ, Wistin tgħallem jemmen u jipprietka. Nistgħu nirreferu għal prietka ċelebri tal-Afrikan, li stħaqqilha tiġi kkwotata bosta sekli wara fil-Kostituzzjoni Konċiljari Dei Verbum: “Jeħtieġ”, twissi fil-fatt id-Dei Verbum fin-nru 25, “li l-kjeriċi kollha u l-ewwel is-saċerdoti u dawk kollha, bħad-djakni u l-katekisti, li jagħtu ruħhom leġittimament għax-xogħol tal-Kelma, iżommu rwieħhom dejjem magħqudin mal-Iskrittura permezz tal-qari qaddis ta’ spiss u ta’ studju tajjeb, li ma jsirx ‘predikatur fieragħ tal-Kelma ta’ Alla minn barra, dak li ma jismagħhiex minn ġewwa’”. Minn Ambroġ kien tgħallem sewwasew dan is-“smigħ minn ġewwa”, din l-assidwità fil-qari tal-Iskrittura Mqaddsa f’atteġġjament ta’ talb, biex hekk seta’ jilqa’ tassew fil-qalb tiegħu l-Kelma ta’ Alla u jagħmilha tiegħu f’ħajtu. …

Ara l-Katekeżi kollha tal-Papa Beneduittu XVI fil-Laikos …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: