Ġwanni Pawlu II fl-inawgurazzjoni tas-Sena Akkademika

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESAS GĦALL-INAWGURAZZJONI TAS-SENA AKKADEMIKA
TAĊ-ĊENTRI EKKLEŻJASTIĊI TAL-ISTUDJI SUPERJURI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru, 23 ta’ Ottubru 1981

1. “Jiena d-dielja tassew…Ibqgħu fija” (Gv 15,1.4).

B’dan il-kliem il-Knisja Rumana illum issellem lill-komunità akkademika tagħkom, professuri u student tal-Atenej ekkleżjastiċi ta’ Ruma, li tibdew is-sena l-ġdida tax-xogħol. Tali kliem, magħruf sewwa, jidwi fil-liturġija tallum tal-Quddiesa ta’ inawgurazzjoni. Kristu ndirizzah lill-Appodstli f’Ħamis ix-Xirka. X’ried jesprimi dakinhar?

Waqt li jinqeda bi xbiha, li għaliha it-Testment il-Qadim irrikorra drabi oħra biex jindika lill-Poplu magħżul u biex igerger għall-frott ħażin prodott minnu – min ma jiftakarx it-test ta’ Iżaija: “Waqt li stennejt li tipproduċi għeneb, hija għamlet għeneb selvaġġ” (Is 5,4)? – Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala d-“dielja tassew” li rreċiprokat għall-attenzjoni tal-Missier. Bħala dielja reliġjuża, Ġesù għandu l-friegħi; dawn huma magħmula minn dawk li, permezz tal-fidi u l-imħabba, huma nseriti fih b’mod vitali. Bihom tifforma ruħha ċirkulazzjoni ta’ likwidu vitali li, jekk minn banda huwa ndispensabbli biex jipproduċi l-frott (“mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġw 15,5), mill-banda l-oħra jġorr fih l-esiġenza li jesprimi ruħu fi frott fertili: kull fergħa li ma tagħmilx frott tintrema u tinħaraq (cf. Ġw 15,6).

Minn hawn l-imperattiv: “Ibqgħu fija bħal ma jien fikom… Min jibqà fija u jiena fih, jagħmel ħafna frott” (Ġw 15,4-5). Ġesù nnifsu jieħu ħsieb jiċċara fiex jikkonsisti dan “ibqgħu fija”: dan jikkonsisti fl-imħabba, imħabba, iżda, li ma tintilifx fis-sentimentaliżmu, imma li tittraduċi ruħha fix-xhieda konkreta tat-twettiq tal-kmandamenti.

2.Dan, mela, fil-qosor, il-kontenut tas-silta sħiħa evanġelika, proposta għal-liturġija tallum. Imma timponi ruħha t-tieni mistoqsija: jekk dan huwa s-sens validu għal kulħadd, xi trid tesprimi l-Knisja Rumana meta fil-bidu tas-Sena akkademika l-ġdida ssellem lilkom, professuri u student tal-Atenej ekkleżjastiċi, bl-istess kliem li Ġesù Kristu ndirizza liċ-ċirku tad-dixxipli l-iktar qrib tiegħu?

Imtom ilkoll dixxipli ta’ Kristu, li tisimgħu kliemu fl-aħħar għoxrin sena tas-seklu għoxrin. Intom, però, komunità partikolari tad-dixxipli ta’ Kristu. Uħud minnkom, dixxipli ta’ dan l-uniku Surmast, intom fl-istess ħin surmastrijiet, għalliema, professuri. Oħrajn huma studenti, fi stadji differenti tal-istudji u f’indirizzi differenti tar-riċerka tejoloġika u xjentifika.

U intom komunità kkaratterizzata mill-preżenza ta’ persuni ġejjin minn kull parti tad-dinja.

Jistà jkun li mhemmx ċentru ieħor ta’ studji li fih il-kattoliċità tal-Knisja tinfluwenza b’mod daqstant evidenti, Wieħed jidstà jgħid li kull Nazzjon tad-dinja huwa hawn rappreżentat u spiss f’forom ta’ konvivenza komuinitarja, li jippermettu li jinserixxi ruħu b’mod iktar faċli fl-ambjent il-ġdid, mingħajr ma jitlef l-identità propja ta’ minn fejn ġej. Hemm, barra minn hekk, fostkom il-komponenti kollha tal-Poplu ta’ Alla: saċerdoti dijoċeżani u regolari, reliġjużi u lajċi, erwieħ ta’ ħajja kontemplattiva u erwieħ li qegħdin iħejju ruħhom biex jassumu dmirijiet ta’ apostolat attiv.

Madankollu, id-domanda hija: xi jfisser għalikom, għall-uħud u għall-oħrajn, “tibqà fi Kristu hekk kif il-fergħa tibqà fid-dielja”? Xi jfisser: “Tagħmel il-frott, hekk kif tagħmlu l-fergħa minħabba li tibqà fid-dielja”? Mhijiex jewwilla mistħarrġa l-eżistenza kollha tagħkom, li dejjem għandha tħalli lilha nfisha tixtered mil-linfa tal-grazzja permanenti ta’ Kristu, biex tkun tistà tinfetaħ għar-rivelazzjoni tal-misteri tiegħu? Tgħix l-għaqda ma’ Kristu permezz tal-fidi operanti fl-imħabba u l-kondizzjoni inevitabbli biex tipprogressa fl-għarfien tal-Verità ta’ Alla, li fil-Verb inkarnat saret laqgħa fil-fama tagħna ta’ tweġibiet sikuri u sodisfaċenti. Hemm miktub: “Jekk tibqgħu fidili għal kelmti…, issiru tafu l-verità” (Ġw 8,31-32). Infatti “min ma jħobbx ma għarafx lil Alla, għaliex Alla huwa mħabba” (1Ġw 4,8).

Hawn hu l-frott li intom imsejħa biex twasslu permezz tax-xogħol ta’ kuljum tal-istudju: l-għarfien dejjem iktar profond tal-“misteru miżmum sieket għal sekli eterni, imma rrivelat issa u mħabbar permezz tal-iskritturi eterni b’ordni tal-Etern Alla” (Rm 16,25-26). Mhuwiex f’dan id-dmir tat-Tejoloġija? Dan huwa nfatti proċess magħruf li permezz tiegħu il-moħħ uman, imdawwal mill-fidi u stimolat mill-imħabba, javanza fit-territorji immensi, li r-Rivelazzjoni divina fetħitilhom beraħ quddiemhom.

3. Hawn hu opportun li nieqfu mument biex nirriflettu. L-immensità ta’ Alla ingħatat lilna u aħna fil-limitezza tal-kelma umana, hekk kif il-Persuna tal-Verb ingħalqet, billi nkarnat ruħha, fil-limitezza ta’ natura umana. It-Tejoloġija m’għandha qatt tinsa dan. L-applikazzjoni tagħha għall-istudju tal-kelma, tax-xbiha, tal-propożizzjoni miġbura fil-Ktieb sagru m’għandhiex tikkostitwixxi għajr triq lejn l-Infinità, li f’dawn l-elementi kienet investita lilna.

It-Tejoloġija trid, għalhekk, kontinwament tirranġa ruħha mar-Rivelazzjoni fit-totalità tagħha billi tfittex li torjenta ruħha skont il-linji bażiċi, li ggwidaw l-iżvilupp lejn it-twettiq u l-milja, li huwa Kristu.

Min ma jeskludix li jistà jiddedika ruħu għal aspett partikolari tal-messaġġ rivelat, mingħajr ma jkollu attenzjoni ulterjuri, ċara għall-ark kollu tal-oriżżont tiegħu, L-ispeċjalizzazzjoni hija konsegwenza tal-limitu tal-intellett tagħna u hija għalhekk leġittima wkoll fix-Xjenza tejoloġika.

Ikun meħtieġ, iżda, li dejjem nikkonservaw kuxjenza ħajja tal-fatt li l-limitu tal-forzi umani ma jikkorrispondix (bħal fi xjenzi oħra) il-limitu tal-oġġett. It-tensjoni, mela, tax-xogħol tejoloġiku ma tiġrix fid-direzzjoni ta’ frammentazzjoni dejjem iktar dettaljata, imma, għall-kuntrarju, din tmil fid-direzzjoni tas-sintesi, li kienet offruta lilna b’mod divin insuperabbli fil-persuna ta’ Kristu.

Ir-riċerka tejoloġika, bil-għan li teżamina l-“misteru ta’ Alla”, trid barra minn dan iżżomm ruħha b’mod kostanti miftuħa għall-indikazzjonijiet li jiġuha mis-“sinjali taż-żminijiet”. Dan ma jfissirx li hi trid tieħu ħsieb li b’mod servili tlaħħaq mal-modi tal-mument. Minflok ifisser li hi trid tistudja li tiġbor bi prontezza doċli, “dak li l-Ispirtu jgħid lill-Knejjes” (Ap 2,7) ukoll fil-korsa tal-ġenerazzjoni tagħna billi tfittex li tinterpreta l-indikazzjonijiet li, taħt l-azzjoni tiegħu, joħorġu mill-istenniji tal-popli, mit-tbatijiet tal-foqra, mill-iskoperti tax-xjenza, mill-proposti tal-qaddisin.

Dmir ta’ Tejoloġija matura huwa, fl-aħħarnett, dak li taqra il-preżent fid-dawl tat-Tradizzjoni, li tagħha l-Knisja hija għassiesa. It-Tradizzjoni hija ħajja: fiha l-għana tal-misteru nisrani jesprimi ruħu, billi jimmanifesta ruħu gradwalment, f’kuntatt mal-ġrajjiet li jinbidlu tal-istorja, il-virtwalitajiet impliċiti fil-valuri perpetwi tar-Rivelazzjoni. It-tejologu li jixtieq joffri għad-domandi tal-kontemporanji tiegħu tweġiba awtentikament nisranija, ma jistax ma jiksibhiex f’dan is-sors.

4. Tkellimt b’mod dirett dwar it-Tejoloġija, imma maa ridtx b’dan il-mod innaqqas xi ħaġa lill-importanza tad-dixxiplini l-oħra, li huma kkiultivati b’mod opportun fl-Atenej tagħkom. Kull waħda minnhom għandha rwol preċiż x’tiżvolġi fl-ekonomija ġenerali tal-istudji ekkleżjastiċi. Iċ-ċirkostanza hija għalija, anzi, propizja biex nindirizza lil kull wieħed eżortazzjoni kordjali biex tkomplu għaddejjin b’impenn imxennaq fil-qasam propju tal-għerf, la darba jkun mill-kontribut ta’ kulħadd li l-Knisja tkun tistà tislet l-ikbar benefiċċju għall-azzjoni tagħha ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ promozzjoni umana fid-dinja.

Li jiena iffukajt nitkellem b’mod partikolari dwar it-Tejoloġija dan huwa għaliex jiena nara fiha bħal fulkru ċentrali, li madwaru jdur fit-totalità tiegħu l-impenn tar-riċerka, li jiżviluppa ruħu fil-Knisja. Hemm, infatti, dixxiplini li għat-Tejoloġija  jippredisponu u jħejju, bħal ma hu fil-każ, per eżempju, tal-Filosofija, li hija responsabbli,  suġġetta għall-awtonomija tagħha, li tassikura l-istrumenti razzjonali ndispensabbli għal kull indaġni tejoloġika. Ma sostniex, wara kollox, San Tumas li l-metafiżika “tota ordinatur ad Dei cognitionem sicut ad ultimum finem, unde et scientia divina nominatur” (S. Tumas, Contra Gentiles, III, c. 25).

Hemm imbagħad dixxiplini oħra li, waqt li għandhom fit-Tejoloġija is-sies naturali tagħhom, tagħha jikkostitwixxu żvilupp u estensjoni. Naħseb, per eżempju, għad-Dritt Kanoniku, li huwa mistenni li juri d-dimensjonijiet istituzzjonali tal-Knisja, billi juri kif l-istrutturi ġuridiċi joħorġu min-natura kollha tal-misteru nisrani, u nkompli naħseb dwar l-istorja ekkleżjastika li ma tistax tikkuntenta ruħha billi tesponi biss l-aspetti politiko-soċjali tal-ħajja tal-Knisja jew billi tirriduċi ruħha li tirreferi l-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tar-rappreżentanti tal-Ġerarkija, imma għall-kuntrarju għandha tfittex li tagħti  kont tal-mixja mwettqa mill-Poplu ta’ Alla kollu fit-toroq tal-istorja, waqt li tqiegħed fid-dawl in-novità li l-ferment evanġeliku għaraf iqanqal fil-ġrajja millenarja tal-uimanità.

5. Dawn huma aċċenni sempliċi, imma naħseb li huma suffiċjenti biex joffru daqqa t’għajn dwar liema bini armonjuż tikkostitwixxi t-totalità tad-dixxiplini, li fuqhom imorru l-interessi tagħkom. “Bini”. Il-ħsieb b’mod spontanju jmur għal dik il-“ġebla tax-xewka”, li dwarha kellimna l-Appostlu Pietru, il-fundatur ta’ din il-Knisja ta’ Ruma,  fl-ewwel ittra tiegħu. Dik il-“gebla ħajja, imwarrba mill-bnedmin, imma magħżula u prezzjuża quddiem Alla”  ” (1Pt 2,4) hija Kristu.

Ġesù Kristu: dielja tassew!

Ġesù Kristu: ġebla tax-xewka!

B’liema mod, għeżież professuri u studenti, intom se tagħmlu tul il-korsa ta’ ħajjitkom kollha u, b’mod speċjali, tul il-korsa ta’ din is-sena, id-dmir li tibnu propju fuq din il-ġebla tax-xewka, li hija Kristu?

It-tweġiba hija ssuġgerita lilkom mill-istess Appostlu Pietru: billi timpenjaw ruħkom ħalli tiffurmaw “bini spiritwali, għal saċerdozju qaddis, biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu lil Alla, permezz ta’ Ġesù Krisdtu” (1Pt 2,5). Fi kliem ieħor: billi timpenjaw ruħkom ħalli “tagħmlu Knisja” flimkien mar-Rgħajja, li Kristu qiegħed f’nofskom.

“Tagħmlu Knisja”: Hawn hi l-kunsinna! U dan fis-sens doppju ta’ għixien fil-komunjoni fraterna ta’ ħsibijiet, ta’ sentimenti, ta’ xogħol, issapportjati mill-istess ideal u fl-istess ħin ipproġettati lejn l-istess destinazzjoni; u “tagħmlu Knisja” billi kostantament tqegħdu lilkom infuskom fil-kuntest tal-Komunità ekkleżjali kollha, jiġifieri billi taraw fl-impenn tagħkom servizz li tridu tagħtu lil ħutkom, li jistennew minnkom li tkunu ggwidati għal fehim iktar vast u profond tal-għana nfinita tal-Verità divina.

Għarfien ekkleżjali ħaj ikun, barra minn dan, il-kriterju l-iktar sikur biex jissalvagwardjakom mir-riskju li tibnu fuq sies differenti minn dak imqiegħed minn Alla. Infatti, ma nistgħux naħbu – u dan il-fatti jikkonfermawh – li huwa sfortunatament possibbli li niltaqgħu mhux mal-“ġebla tax-xewka”, imma ma “ġebla ta’ ostaklu u ġebla ta’ skandlu” (1Pt 2,8) minħabba atteġġjament ta’ diżubbidjenza lejn il-Kelma (cf. 1Pt 2,8), imħabbra b’mod awtorevoli fil-Knisja.

6. Ninsabu hawn illejla, miġburin fit-talb biex nitolbu mingħand Alla li dan ma jseħħx, imma li għall-kuntrarju kull wieħed minkom ikun jistà jwassal f’Ġesù Kristu frott speċjali ta’ dak l-għarfien li jitnissel mill-fidi animata mill-imħabba, billi hekk nikkontribwixxu biex nibnu l-Knisja!

Intom li, permezz tal grazzja tal-Magħmudija diġa sirtu “in-nisel magħżul, is-saċerdozju rjali, in-nazzjon qaddids, il-poplu li Alla għażel għalih” (1Pt 2,9), permezz ta’ dan ix-xogħol konoxxittiv kollu li huwa tagħkom kemm bħala xjenzjati u professuri, kif ukoll bħala studenti, intom imsejħin biex ixxandru “l-opri meraviljużi tiegħu li sejħilkom mid-dlamijiet għad-dawl  meraviljuż tiegħu” (1Pt 2,9).

Agħrfu li b’dan il-mod intom tagħmlu parti mill-Poplu ta’ Alla u li dan huwa l-porzjon singulari tagħkom u l-wirt tagħkom f’dan l-istess Poplu ta’ Alla. Agħrfu li billi tikkultivaw dan il-porzjon u dan il-wirt, tkunu dawk li  “kisbu ħniena” (1Pt 2,10).

7. Bħala Isqof ta’ din il-Knisja, li tinsab f’Ruma u li tifraħ bil-preżenza tal-Komunità akkademika tagħkom, inħossu dmir partikolari tal-ministeru tiegħi f’din is-sedja li nibda din is-sena gdida ta’ xogħol flimkien magħkom qrib l-altar tal-Bażilika ta’ San Pietru.

Matul din il-liturġija ewkaristika ejjew nitolbu lill-Ispirtu Santu bil-kliem li ġej: “Nissel fina, Mulej, l-Ispirtu  ta’ intellett, ta’ verità u ta’ paċi, sabiex nisfurzaw biex nagħrfu dak li jogħġbok, biex nattwawh fl-għaqda u fl-armonija” (Oratio Collecta).

“Ara, o Alla Ħanin, l-offerti tagħna u talbna, u agħtina li nifhmu l-veru u l-ġid kif jixgħel quddiem għajnejk, u ixhdu bil-libertà evanġelika” (Oratio super oblata).

“Missier Qaddis, l-Ispirtu tiegħek operanti f’dawn il-misteri jwettaqna fir-rieda tiegħek u jirrendina quddiem kulħadd xhieda tal-Vanġelu tiegħek” (Oratio post communionem).

…“Unur mela lilkom li temmnu” (1Pt 2,7).

…“F’dan ikun igglorifikat Missieri: li twasslu bosta frott” (Gv 15,8).

Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: