Imma aħna ltqajna ma’ Ġesù? 

Print Friendly, PDF & Email

Din hija d-domanda li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-omelija tiegħu ta’ dalgħodu. 

Meta l-liturġija tal-Knisja qed tfakkarna fil-laqgħa sorprża li kellu Sawlu ta’ Tarsu ma’ Ġesù fi triqtu lejn Damasku, din domanda u domandi oħra li għamlilna r-Ragħaj Spiritwali tagħna jiksbu tifsira tassew speċjali.

“Aħna ltqajna ma’ Ġesù? Għaliex ngħidu li aħna Kattoliċi? Għax tgħammidna? Għax qalulna hekk? Imma inti lil Ġesù tafu? Għandek għatx biex issir tafu? …

“Tgħidli kif se nkun nafu? Il-Kelma tiegħu tkellimna, il-Knisja tiegħu, hi l-familja ta’ Ġesù. Midinbin aħna lkoll, mill-kbir saż-żgħir, ilkoll kemm aħna. Imma l-grazzja l-kbira li l-Mulej tana hi li niltaqgħu ma’ Ibnu l-għażiż magħmul bniedem …

“Ġesù ma jgħidlux: issa emmen fija, imma qallu: “Jgħidulek x’għandek tagħmel” (Atti 9:6). Jibagħtu għand il-komunità, għand il-Knisja. Il-Knisja hi l-familja ta’ Ġesù, ta’ dawk li laqgħu lil Ġesù fil-ħajja tagħhom.”

Kompli ara l-filmat u test kollu tal-Omelija ta’ Monsinjur Scicluna …

Ara aktar omeliji tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fuq il-Laikos …

%d bloggers like this: