Ġwanni Pawlu II fi tmiem is-Sena 1981

Print Friendly, PDF & Email

TE DEUM TAS’ RINGRAZZJAMENT GĦALL-TMIEM IS-SENA 1981
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Knisja tal-Isem SS. ta’ Ġesù
Ruma, 31 ta’ Diċembru 1981

1. Proprju llum, il-31 ta’ Diċermbru, waqt li issa qed toqrob “l-aħħar siegħa” tas-Sena tal-Mulej 1981, il-liturġija torjentana lejn “il-bidu”: “Fil-bidu kien il-Verb” (Ġw 1,1).

Ninsabu fi żmien il-Milied – il-jum tallum huwa s-sebà jum fost l-ottava – u għalhekk li din iddur lejn “il-bidu” huwa bil-kbir ġustifikat.

L-ewwelnett l-istess twelid: it-twelid tal-bniedem huwa l-bidu ta’ jiemu fuq l-art, il-bidu tal-propja storja tiegħu.

Kull jum tas-sena, li llum issa jersaq lejn tmiemu, kiteb l-istorja ta’ kull wieħed u waħda minna, ta’ kull wieħed fost l-iktar minn erbà miljardi ta’ bnedmin li jgħammru fuq il-pjaneta tagħna. Ħafna minnhom – propju dawk l-iktar żgħażagħ – tul il-korsa ta’ din is-sena, jum wara jum, bdew l-istorja ta’ ħajjithom. In-niumru tal-imweldin fuq il-globu kollu fil-korsa tas-sena li waslet biex tintemm jgħodd f’diversi ta’ għaxriet ta’ miljuni.

Tali bidu terren ta’ kull bniedem jindika fl-istess ħin it-tmiem u t-terminu. L-istess sena li kienet il-bidu tal-istorja terrena għal miljuni ta’ bnedmin – għal dawk l-iktar żgħar – kienet fl-istess ħin it-terminu u t-tmiem tal-istorja għal miljuni oħra – b’mod speċjali għal dawk l-iktar anzjani, imma mhux għalihom biss. Il-ħajja tal-bniedem tiġi mkejla dejjem minn sena għal oħra, minn data għal oħra. Iż-żmien huwa l-metru – u għalhekk ġustament nagħtu mportanza liż-żmien.

2. Issa ninsabu fl-ottava tal-Milied tal-Mulej – u allura is-sejħa mill-ġdid tal-liturġija tallum “fil-bidu” hija ddettata minn fatt storiku uniku u irrepetibbli: dak li seħħ fil-lejl ta’ Betlem u li għalih il-liturġija tal-Knisja tagħmel riferenza dejjem fil-bidla u bejn is-sena l-qadima u l-ġdida: bejn il-25 ta’ Diċembru u l-ewwel ta’ Jannar.

Minħabba dan jassumi elokwenza partikolari ż-żmien uman u l-passaġġ ta’ dak kollu li huwa maħluq: huwa jibqà radikat fil-ministeru tal-Verb li sar bniedem.

Il-Milied tal-Mulej, l-Inkarnazzjoni tal-Verb jirrendi xhieda lill-bidu uman, fil-bidu taż-żmien – ta’ Dak li bħala Alla ma għandu ebda bidu u mhu kontenut minn ebda żmien  .

Huwa ‘il hemm miż-żmien.

Huwa qabel iż-żmien.

Meta “sar dak kollu li jeżisti” (cf. Ġw 1,3) – u allura fil-waqt “tal-bidu” tal-univers – Il-Verb kien diġa: “kien għand Alla u l-Verb kien Alla” (Ġw 1,1).

Illejla, nofsillejl, fil-għodu ta’ għada, il-jum kollu tal-Bidu tas-Sena, isejħulna u jistednuna biex inwettqu dak kollu li għandu “bidu” fid-dawl tal-Verb Etern – għaliex “kollox sar permezz tiegħu u mingħajru xejn ma sar minn dak kollu li jeżisti” (Ġw 1,3).

3.Din is-sejħa, din l-istedina jiddiriġuna lejn id-dinja kollha viżibbli, lejn il-kożmu.

Dak kollu li sar permezz tal-Verb, li “fil-bidu kien għand Alla” – u “il-Verb kien Alla” (cf. Ġw 1,1) – dak kollu jġorr fuqu is-sinjal tat-tajjeb u tas-sabiħ. Jistimola għall-ammirazzjoni u għall-ferħ.

B’diwi qawwi jirbumbjaw l-ammirazzjoni u l-ferħ fil-liturġija tallum: “Għannu lill-Mulerj għanja ġdida, Għannu lill-Mulej mill-art kollha” (Sal 96,1).

“Jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art, / jiskot il-baħar u dak kollu ta’ ġo fih; / jithenna r-rabà u dak kollu li hemm fih / jifirħu s-siġar tal-foresta / quddiem il-Mulej li ġej… (Sal 96,11-13).

Id-dinja  li tidher fil-Verb Etern – id-dinja bħala traċċa stampata mill-Għerf Divin – hija sabiħa u hija tajba. Hekk jaraha  ċara b’għajnejh l-bniedem sensibbli lejn is-sbuħija tal-ħolqien. U hekk jaraha n-naturalista għaref li jippenetra fis-sigrieti tal-ħolqien.

Huwa meħtieġ li aħna, f’din li hija l-għaxija tal-aħħar jum tas-sena 1981, nagħtu xhieda lill-għana tal-ħolqien kollu. Infatti huwa għandu l-bidu tiegħu fil-Għerf Etern, jiġifieri fil-Verb: “Mingħajru xejn ma sar minn dak kollu li jeżisti” (Ġw 1,3).

Huwa l-istess Verb li sar bniedem fil-lejl tal-Milied. Il-Milied tal-Mulej huwa akkumpanjat minn ferħ “kożmiku”. Permezz tal-liturġija aħna msejħa għal tali ferħ.

4. Fil-punt ċentrali ta’ dan il-ferħ isib ruħu l-bniedem stess.

L-ewwelnertt huwa msejjaħ bil-misteru tal-lejl ta’ Betlem. Għalih l-Iben Etern isir bniedem. B’tali Iben joqrob lejna “il-veru dawl, dak li jdawwal lil kull bnierdem, meta jiġi fid-dinja” (cf. Ġw 1,9).

Għal dan id-dawl huma kuntrarji d-dlamijiet. Id-dlamijiet ma jridux jilqgħu d-dawl tal-Verb, imwieled għall-bniedem. Id-dlamijiet iridu jeqirdu l-Ħajja, li hija d-dawl tal-bnedmin.

Il-liturġija tallum tixhed il-ġlieda tad-dlamijiet kontra d-dawl. Lill-ġlieda tal-mewt kontra l-Ħajja. Is-sena li llum tasal fi tmiemha, ma tikkonfermax jewwilla din il-ġlieda? Ma tikkonfermahiex ġo kull wieħed u waħda minna? Ma tikkonfermahiex fid-dimensjonijiet tal-ħajja, tas-soċjetajiet u tan-nazzjonijiet? Ma tikkonfermahiex fid-dimensjonijiet tal-globu kollu kemm hu?

Aħna konxji tal-iżvilupp tal-ġrajjiet, li dwarhom jinfurmawna l-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Għaliex qalb dawn il-ġrajjiet bosta jħossu tant inkwiet u theddid? Għaliex tant nies jixhdu l-preżenza tal-ħażen fid-dinja umana tagħna?

Minħabba dan kull sena, propju f’dan l-aħħar jum 31 ta’ Diċembru, il-Knisja iġġegħlna naqraw il-kliem tal-ewwel ittra tal-Appostlu Ġwanni: “Uliedi…irid jiġi l-antikrist, infatti issa dehru bosta antikristi. Minn dan nagħrfu li hija l-aħħar siegħa…” (cf. 1Ġw 2,18).

L-antikrist – huwa l-kontradizzjoni ta’ Dak li twieled fil-lejl ta’ Betlem. Il-kontradizzjoni tal-Verb li sar bniedem. Il-kontradizzjoni ta’ Kristu.

5. Hekk mela se ntemmu s-sena. U għalkemm aħna konxji mill-irkib ta’ ħażen multiplu u dejjem iktar spiss inħossu kif dak il-ħażen jhedded lill-bniedem, lil ħajtu, lid-dinjità tiegħu, lill-kuxjenza tiegħu – madanakollu nwasslu għal tmiemha wkoll din is-sena bit-“Te Deum” ta’ ringrazzjament.

Niżżu ħsajr mill-ġdid għal darb’oħra għaliex il-Verb “sar bniedem u ġie jgħammar f’nofsna”, niżżu ħajr għaliex flimkien Miegħu ġiet fid-dinja l-milja tal-grazzja u tal-verità, għaliex minn din il-milja ilkoll kemm aħna rċivejna u kontinwament nirċievu.

Niżżu ħajr minkejja li fost il-provi l-ikter dolorużi, sabiex fid-dinja jiddi kontinwament id-dawl, ukoll jekk id-dlamijiet ma laqgħuhx.

Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: