Ġwanni Pawlu II fil-quddiesa tal-lejl tal-Milied

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA TA’ NOFSILLEJL
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru, 24 ta’ Diċembru 1981

“Għaliex twieled għalina tifel, / ingħatalna iben. / Fuq spallejh is-sinjal tas-sovranità” ( 9,5).

1. Titwieled tarbija. Inġbarna hawn f’din il-Bażilika venerabbli – l-istess bħal ma tant ħutna rgiel u nisa fil-fidi jinġabru llum, f’nofsillejl, fid-dinja kollha – għaliex jitwieled Tifel. Jiġi fid-dinja mill-ġuf tal-Omm, l-istess bħal tant trabi umani sa mill-bidu u kontinwament…

Jitwieled…

Fil-kors taċ-ċensiment ordnat fl-istat kollu Ruman minn Ċesare Awgustu meta Ġużeppi tal-Galilea mill-belt ta’ Nażżaret, kellu jmur Betlem, minħabba li kien min-nisel ta’ David, u Betlem kienet il-propja belt ta’ David.

Hemm Marija għalqulha l-jiem tat-twelid. Titwieled mela Tarbija, l-Iben il-kbir ta’ Marija ta’ Nażzaret.

L-Omm kebbitu fil-ħrieqi u qegħditu f’maxtura, għaliex ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.

Għalkemm uniku u irrepetibbli għad-divinità tiegħu, u għall-konċezzjoni verġinali u t-twelid, it-Tfajjel twieled bħalma jitweieldu t-trabi tal-fqajrin. Dan ma kienx ipprevedih Iżaija, ukoll jekk kien ħabbar bil-quddiem dan it-twelid f’nofs ta’ lejl profond , meta kien kiteb: “Il-poplu li kien miexi fid-dlam / ra dawl kbir; / fuq dawk li kienu jgħammru f’art mudlama /idda dawl minn fuq” (Iż 9,1).

2. Hawn aħna miġburin l-istess bħal ħutna kollha fid-dinja kollha,  sejrin lejn dan id-dawl: Ingħatalna Iben: / Bin id-dawl: / Alla minn Alla, Dawl minn Dawl. / Ingħatalna Iben: Alla – Missier Etern – infatti tant ħabb lid-dinja li bagħat lil Ibnu uniġenitu…” (Ġw 3,16).

Hawn hu l-waqt li fih irrivela ruħu lid-dinja d-Don tal-Missier: Iben. Mill-profondità ta dan il-lejl tal-Avvent, li jiddeskrivi Iżaija, Huwa kien ilu tant żmien mistenni… U fl-istess ħin mhux mistenni għal kollox, ladarba dawru t-twelid tiegħu il-lejl sieket u l-vojt tal-grotta-stalla għall-bhejjem, fil-viċinanzi ta’ Betlem, u żewġ persuni biss, Marija u Ġużeppi, f’dan il-vojt u f’din is-solitudni.

Dan il-vojt u s-solitudni huma penetranti. Huma kbar għat-twelid ta’ Alla: ingħatalna iben, Fih irċivejna kollox. Il-Missier Etern ma setax itina iktar.

3. Jikteb l-Appostlu Pawlu: “Dehret infatti l-grazzja ta’ Alla, dik li ġġib is-salvazzjoni lill-bnedmin kollha” (Tt 2,11).

Xinhi l-Grazzja? Hija propju l-imħabba li tirregala. Fil-vojt u fis-solitudni ta’ dan il-lejl ta’ Betlem, l-imħabba “li tirregala” tal-Missier tiġi lid-dinja fl-Iben, imwieled mill-Verġni: ingħatalna Iben.

Diġa bl-ewwel waqt tal-miġja tiegħu: “jgħallimna – kif jikteb l-Appostlu – niċħdu l-krudeltà u x-xewqiet mondani u biex ngħixu bis-sempliċità, il-ġustizzja u l-ħniena f’din id-dinja, fl-istennija tat-tama beata u tal-manifestazzjoni tal-glorja…” (Tt 2,12-13).

Dan jgħallimna t-tifel li twieled – l-Iben li ngħatalna. Bdanakollu f’dan il-waqt ħadd ma donnu jismà leħnu. Ħadd ma donnu li saħansitra linqas jinnota it-twelid tiegħu. Ħadd- għajr Marija u Ġużeppi. Ħadd? U bdanakollu hemm diġa wħud li huma l-ewwel li nnutawh. L-ewwel li laqgħu l-aħbar it-tajba. U ġew l-ewwel nies.

Ir-rgħajja. L-Anġlu kien qalilhom: “Issibu tarbija mfaxxata fil-ħrieqi, mimduda f’maxtura” (Lq 2,12). Marru lejn id-direzzjoni li kien indikalhom. L-ewwel fost l-abitanti ta’ din id-dinja, ingħaqdu mal-“eżerċtu ċelesti”, waqt li xandru l-inżul tal-Iben Etern u l-bidu tas-Saltna ta’ Alla fil-qlub tsal-bnedmin  .

4. Liema poter hemm fuq spallejn dan it-tfajjel li jitwieled fis-solitudni u fil- vojt tal-lejl ta’ Betlem? Jgħid infatti l-profeta: “Fuq spallejh hemm is-sinjal / tas-sovranità” (Iż 9,5). U mbagħad jgħid: “Kbir ikun id-dominju tiegħu / u l-paċi ma jkollhiex tmiem… / issa u dejjem…” (Iż 9,6).

Xejn ma donnu jwettaq din is-sovranità u dan id-dominju, fil-vojt u s-solitudini tal-lejl ta’ Betlem. Pjuttost kollox jitkellem dwar faqar, dwar “ħruġ mill-wirt”…

Dan l-ewwel lejl terren ta’ Bin il-bniedem jiġbor fih diġa kważi premonizzjoni tal-aħħar lejl, meta “ċekken lilu nnifsu billi sar ubbidjenti sal-mewt…” (Fil 2,8). Dan l-ewwel lejl mingħajr saqaf tal-Iben li ngħatalna, huwa ħieles minn kull sinjal ta’ potenza u qawwa umana. Kollox huwa bil-maqlub…

5.U bdanakollu dan il-lejl ta’ Betlem, li nfakkru kull sena bl-ikbar emozzjoni, iqanqal tama u jġib il-ferħ: ferħ li bħalu d-dinja ma tistax tagħti minkejja l-mezzi kollha magħrufa sewwa tagħha ta’ qawwa u potenza terrena.

B’dan il-ferħ hija mimlija l-liturġija tal-Knisja, li “tkanta lill-Mulej innu ġdid” (Sal 96,1), u tistieden għal dan il-kant lid-“dinja kollha”.

“Jifirħu ds-smewwiret u tithenna l-art,  / jiskot il-baħar u dak kollu li jiġbor fih; / jithenna r-rabà u dak kollu ta’ ġo fih / jifirħu s-siġar ta’ ġol-foresta” (Sal 96,11-12).

Is-Saltna ta’ Alla fuq l-art tibda matul dan il-lejl tal-vġili, mhux qalb is-sinjali tal-potenza u l-qawwa terrena, imma fost il-ferħ tal-erwieħ u tal-qlub, li jimla lil dawk kollha li laqgħuh.

Hekk, tminn sekli ilu, mela r-ruħ u l-qalb ta’ San Franġisk, il-Fqajjar ta’ Assisi.

6. O intom ilkoll li qegħdin tisimgħuni hawn – f’din il-Bażilika – fi kwalunkwè post tal-globu terrestri!

Kemm nawguralkom ir-rivelazzjoni ta’ din il-Grazzja!

Glorja  lil Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Amen.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: